Wieħed mir-ribelli li ħadem biex jitneħħa Adrian Delia huwa fil-but tad-db Group
Blog post minn Osservatur Politiku
Fejn huma tar-Repubblika, l-Occupy Justice u Manuel Delia issa li ħarġet l-aħbar li l-id il-leminija ta’ Bernard Grech kienet qed tiftiehem biex tmur taħdem mal-db Grupp? Għaliex hemm dan is-silenzju kbir? Ray Bezzina baqa’ jaħdem u jimmanuvra kuljum fid-Dar Ċentrali anke meta beda jiffamiljarizza ruħu mad-db Group. Ma ninsewx li l-Partit Nazzjonalista għadu taħt investigazzjoni fuq flus li s-Segretarju Ġenerali, Rosette Thake, u l-President tal-Amministrattiv, Karol Aquilina, ħadu mingħand id-db Group meta Simon Busuttil kien Kap tal-Partit.
Allura wieħed bilfors jistaqsi jekk d-db Group kienx qed jagħti flus lill-Partit Nazzjonalista waqt li Ray Bezzina kien l-id il-leminija ta’ Bernard Grech? Ma ninsewx li Ray Bezzina kien minn ta’ quddiem li ħadem, id f’id mar-ribelli, biex jitneħħa Adrian Delia. Ma ninsewx ukoll li fi żmien Adrian Delia bħala kap, il-Partit Nazzjonalista ressaq ilment quddiem l-Awditur Ġenerali biex jinvestiga d-direct order massiva li ħa d-db Group biex tinbena wing ġdida f’San Vinċenż mingħajr ma nħareġ tender.
Nafu li l-perit ta’ dik il-wing, li ngħatat minn Joseph Muscat lid-db Group, kien l-eks-Ministru Nazzjonalista George Pullicino. U ma ninsewx li Ray Bezzina kien l-id il-leminija ta’ George Pullicino fil-ministeru li fost l-oħrajn kellu taħtu l-MEPA.
Allura meta tara dawn il-kumbinazzjonijiet kollha bilfors tiskanta u tistgħaġeb u tistaqsi fejn huma tar-Repubblika li kienu jgħajru lil Adrian Delia bħala Trojan Horse?
One thought on “Wieħed mir-ribelli li ħadem biex jitneħħa Adrian Delia huwa fil-but tad-db Group”