Jason Azzopardi jattakka bl-aħrax lil Ivan Bartolo tas-6PM u Robert Cutajar u jgħajjarhom forċini ta’ Joseph Muscat

Ivan Bartolo (tas-6pm) u Robert Cutajar ħarġu stqarrija dwar l-għoli tal-ħajja fejn fiha kkwotaw l-istħarriġ li kkommissjona Joseph Muscat. Jidher ċar, li l-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech qed jipprova jiddefendi lil Joseph Muscat. Dan kien saħansitra nnutat mill-ġurnalista tal-Malta Today li rrapporta din l-istorja.

https://www.maltatoday.com.mt/news/national/116399/pn_piggybacks_on_joseph_muscat_to_lambast_government_over_lack_of_economic_vision?fbclid=IwAR1aWdVZEpeYeUiWGifpe5RUREI92wJIOKPRgerFh7kuzu9FB7etqaRCu7k#.YmLmJNpBy3A

Ma damitx ma ġiet ir-reazzjoni ta’ Jason Azzopardi. Mingħajr ma semmiehom b’isimhom, Azzopardi attakka kemm lil Ivan Bartolo tas-6PM u lil Robert Cutajar u qallhom li hija ġennata li tikkwota lil Joseph Muscat. Jason Azzopardi għajjar lil Muscat bħala l-aktar politiku korrott fid-dinja. B’hekk qallhom li għandhom bżonn jagħmlu eżami profond tal-kuxxjenza politika tagħhom. Wieħed irid ifakkar li Ivan Bartolo tas-6PM huwa biċċa waħda wara Bernard Grech u qed jaħdem biex ikun ikkonfermat kap.

Fuq kollox, Jason Azzopardi kompla jgħid li l-PN rama lil min ħadem ma’ Gonzi, b’referenza għal dak li qal Chris Said, fuq Carm Mifsud Bonnici, Mario Azzopardi u anki fuqu nnifsu wara li tħallew barra mix-Shadow Cabinet ta’ Bernard Grech. Imma wkoll Jason Azzopardi qalha indirettament għalih innifsu għaliex jaf li i-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista ħadmu kontrih.

Fuq kollox, Azzopardi għajjar lill-partit ta’ Bernard Grech, u b’mod indirett lil dawn iż-żewġ kelliema bħala li qed jagħtu forċina lil Joseph Muscat. L-inkwiet għal Bernard Grech huwa akbar milli fil-fatt jaħseb.

One thought on “Jason Azzopardi jattakka bl-aħrax lil Ivan Bartolo tas-6PM u Robert Cutajar u jgħajjarhom forċini ta’ Joseph Muscat

  1. Il-PN tilef ruhu taht Bernard Grech. Hija tal-misthija li PN taht it-tmexxija ta’ Bernard Grech ma jara ebda problema juza wiehed mill-akbar korrotti li qatt rat Malta iggifieri lil Joseph Muscat bhala punt ta’ referenza u fl istess waqt jarmi in-nies tieghu stess u dan kollu ghax kienu membri fil-kabinett ta’ Lawrence Gonzi. Il-huta minn rasha tinten. Illum fit-tmexxija tal-PN hemm Bernard Grech; bniedem ghazzien, limitat u hsiebu biss biex jidher. Bernard Grech mohhu biss kemm jaghmlulu likes fuq il-facebook tieghu. S’hemm jasal mohhu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *