Frank Fabri jtella’ post biex jiddefendi r-riforma li hu daħħal – magħrufa bħala My Journey.
Frank Fabri tella’ post il-bieraħ biex jiddefendi r-riforma li hu daħħal – magħrufa bħala My Journey. Mill-mod kif kiteb il-post u dak li qal, jidher ċar li Frank Fabri qed jiddefendi din ir-riforma li tidher, li ma ġietx aċċettata mill-edukaturi, l-istudenti u l-ġenituri kollha. Dan hu dak li kiteb Frank Fabri:
“Ħames snin ilu meta grupp tekniku flimkien mal-Kulleġġi u mal-iskejjel mexxejna fuq viżjoni ċara u ħafna ippjanar … beda t-twettiq.
Il-Qafas Strateġiku għall-Edukazzjoni f’Malta 2030 ppubblikat fl-2014 jinbena fuq viżjoni ċarissima ta’ ekwita’, kwalita’ u inklużjoni.
Minnha tnisslu ħafna politiki f’oqsma varji. Fuqha nbniet ‘Il-Vjaġġ Tiegħi: Nirnexxi minn rotot differenti’ imnedija fl-2016 u implimentata fl-2019.
‘Il-Vjaġġ tiegħi’ ġab bidla kbira li ħafna għad iridu jifhmuha sew u japprezzawha kif tabilħaqq għarfuna l-istudenti nfushom u awtoritajiet bħalma huma l-Kummissjoni Ewropea. ‘Il-Vjaġġ Tiegħi’ (li fadlilha fażijiet oħra li jridu jiġu implimemtati):
hija miftuħa għall-istudenti kollha u mhux biss għal ħafna inqas minn nofshom
introduċiet 9 suġġetti vokazzjonali fil-livell sekondarju marbutin mal-ħtieġa u l-iżvilupp fl-industrija Maltija
ġabet parita’ fl-istima (bis-suġġetti kollha jwasslu sal-MQF 3) bejn is-suġġetti tradizzjonalment meqjusin bħala akkademiċi u vokazzjonali
introduċiet 9 suġġetti applikati fil-livell sekondarju marbutin mal-ħtieġa u l-iżvilupp fl-industrija Maltija
ġabet parita’ fl-istima (bis-suġġetti jwasslu sal-MQF 3) bejn is-suġġetti tradizzjonalment meqjusin bħal akkademiċi, vokazzjonali u applikati
Malta b’sistema skolastika sekondarja unika fejn kull studenti jista’ jagħżel kwalunkwe’ suġġett mit-tliet rotot u jibni r-rotta unika tiegħu
ir-rotot miġburin fl-istess skola taħt saqaf wieħes
dan kollu sar fl-iskejjel sekondarji kollha tal-iStat u mhux f’xi skejjel
sar investiment ta’ madwar €13-il miljun f’workshops state-of-the-art fl-iskejjel kollha sekondarji
kull suġġett iwassal għal eżami tal-MATSEC fi tmiem is-Sena 11
aktar minn 70% tal-istudenti għażlu tal-inqas suġġett vokazzjonali jew applikat.
Riżultat ta’ dan:
aktar studenti qed jissoktaw bl-istudji tagħhom fl-ITS, fl-MCAST, f’Sixth Forms ufl-UM
ferm inqas żgħażagħ qed jispiċċaw bħala early school leavers
aktar adulti qed jissoktaw bit-tagħlim tagħhom
inqas adulti qed jispiċċaw bla edukazzjoni, bla xogħol jew mhux f’xi taħriġ
b’riżultat ta’ żieda ta’ studenti li qed ikomplu jistudjaw, komplew jiġġeddu u jimmodernizzaw l-ITS, l-MCAST u l-UM fost istituzzjonijiet oħra
‘Il-Vjaġġ Tiegħi’ għandu jissokta kid ippjanat biex ikompli jilħaq dejjem aktar studenti.
Il-vjaġġ jissokta…