Mark Anthony Sammut għandu jkun kostanti miegħu nnifsu u jirreżenja minn President tal-Kunsill Ġenerali

Minn osservatur politiku

Naqbel ma’ dawk l-attivisti li kitbu lil dan is-sit biex jgħidu li Mark Anthony Sammut qed jipprova inessina dak li kien għamel hu fl-2019 meta kien president tal-esekuttiv fi żmien l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew. Nerġa nfakkar li dak in-nhar, jiġifieri fl-2019, Mark Anthony Sammut kien irreżenja minn President tal-Esekuttiv biex mingħalih jerfa’ ir-responsabilita’ tat-telfa. Hu kien stqarr li kien warrab biex dawk kollha li kienu fl-amministrazzjoni tal-partit jagħmlu bħalu u jirreżenjaw ukoll.

Imma Mark Anthony kellu ħsieb wieħed dak in-nhar. Hu ried li jirreżenja Adrian Delia għax daqshekk kien leali lejn il-kap tiegħu. Mela fl-2019 kien irreżenja. Illum, fl-2022 nippretendi li jagħmel l-istess Mark Anthony Sammut u mhux jiġi jgħidilna li l-midluk tiegħu, Bernand Grech għandu jibqa’.

Kif għadu ma rreżenjax minn l-ogħla organu tal-Partit Nazzjonalista jiġifieri minn President tal-Kunsill Ġenerali? Kif għadu hemm u ma refax ir-responsabilita ta’ l-ikbar telfa fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista? Kif għadu ma tkellem xejn u ma staqsiex lill-amministrazzjoni preżenti biex tirreżenja wkoll? Mhux talli hekk, talli issa ma jridx reżenji.

Mela jekk fl-2019 kien President tal-Esekuttiv u rreżenja wara disfatta f’elezzjoni għall-Ewropa, x’suppost jagħmel issa li qiegħed president tal-ogħla organu tal-Partit, jiġifieri il-Kunsill Ġenerali? Mhux suppost jirreżenja minn postu wara l-ikbar telfa għall-Partit, bid-differenza li din id-darba f’elezzjoni ġenerali? Dan huwa Mark Anthony Sammut!! Jaf jistħi dan ir-raġel!!

Dan huwa l-istess bniedem li ried itajjar lil Delia mhux biss billi rreżenja minn president tal-eżekuttiv imma billi ġabar il-firem biex ikun hemm vot ta’ sfiduċja fil-Kap tiegħu. Dan hu veru każ ta’ two scales two measures!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *