Tirreżenja l-uniku kunsilliera li għandu l-Partit Nazzjonalista fix-Xgħajra: sejra indipendenti
Qed inġib post li tellgħet Doris Borg li hija l-unika Kunsilliiera li għandu l-Partit Nazzjonalista ġewwa x-Xgħajra. Doris Borg rreżenjat mill-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista u ser tibqa’ fil-kunsill bħala indipendenti. F’hekk f’din il-lokalita’, il-Partit Nazzjonalista mhux ser ikun aktar rappreżentat.
Doris Borg kienet kandidata Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Hija kienet ukoll fl-elezzjoni ta’ qabel. Ma hemmx dubju, li r-reżenja tagħha hija marbuta mal-mod kif din il-mara ġiet trattata mill-magna tal-Partit immexxija minn Bernard Grech biex ma tingħatax leħen u tkun imwarrba. Doris Borg stess qalet li l-Partit Nazzjonalista għasarha bħal lumija u ramewha u tawha l-ġenb.
