Ta’ min jistaqsi jekk Claudette Buttigieg għadhiex taħseb li n-nisa għandhom jitilgħu fil-Parlament bis-saħħa tagħhom u mhux bil-mekkaniżmu tan-nisa

Claudette Buttigieg għamlet kumment f’Jannar ta’ 2021, jiġifieri aktar minn sena ilu fejn kienet qalet li l-għan aħħari tal-Partit Nazzjonalista għandu jkun dak li ma jkollux bżonn ta’ dan il-makkenizmu. Li n-nisa jitilgħu bis-saħħa tagħhom.

Ma nafx jekk illum, aktar minn sena wara, għadhiex taħsibha l-istess? Issa ħareġ ċar li Bernard Grech imbotta ċertu kandidati kontra oħrajn. Claudette Buttigieg kienet waħda minn dawk il-kandidati mbuttata minn Bernard Grech tant li rajniha kemm-il darba tindirizza konferenzi stampa f’isem il-Partit Nazzjonalista imma xorta l-elettorat ma tellgħahiex.

Illum, Buttigieg hija waħda minn dawk li telgħet lura fil-Parlament grazzi għal dan il-mekkaniżmu tan-nisa. Anki jekk deputata u kienet imbuttata mill-Partit, l-anqas kienet waħda minn dawk li telgħu minn ta’ quddiem. Anzi ġiet fil-ħames post. Infakkar li Buttigieg ħarġet fuq żewġ distretti u ma telgħetx.

Infakkar li Claudette Buttigieg hija waħda mil-ftit deputati li fadal ta’ Bernard Grech.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *