L-Ukreni kienu qed iħejju provokazzjoni oħra. Vapur reġistrat Malta fl-evakwazzjoni ta’ suldati minn Mariupol. Il-Kanċillier Awstrijak ikollu jmur b’urġenza r-Russja

Minn Romegas

Intant fuq Telegram channels Russi hemm xniegħa persistenti li Ukreni qed iħejju   provakazzjoni oħra, partikularment dik ta’ natura kimika u li probabilment li din tikkoinċidi mal-waqa’ ta’ Mariupol f’idejn ir-Russi biex b’hekk l-iskop tagħha jkun biex

a) jiddistratta l-attenzjoni globali mit-telfa militari u

b) jkomplu moralment jirrikattaw lill-popli Ewropej biex jappoġġaw l-intervent militari tan-NATO fl-Ukraina.

Nafu ukoll li f’Mariupol kien hemm u probabbli għad hemm ġellieda barranin u suldati li ħaddnu twemmin Nażistiku. Il-Ministeru tad-Difiża Russu stqarr pubblikament li mill-kommunikazzjonijiet interċettati hemm ġellieda minn tal-anqas sitt pajjiżi differenti pero’ ma stqarrx minn fejn. Dawn jista’ jkun li huma sempliċiment merċinarji, li minnhom hemm il-mijiet jiġġieldu fl-armata Ukrena.

Pero’ dan ma jispjegax l-attentati dejjem iżjed vigorużi mill-Ukreni biex jevakwaw xi nies minn hemm qabel taqa’, fosthom attentat bl-elikotteri u saħansitra wieħed tassaw iddisprat, permezz ta’ vapur li għal ġieħna rreġistrat Malta, attentati li kollha fallew. 

Għal darba oħra x-xniegħa fuq Telegram hi, li fost dawn is-suldati, hemm suldati tan-NATO. Jekk dan hu minnu, mhux talli jkun ta’ imbarazz kbir għan-NATO, iżda jista’ jitqies bħala causus belli biex dan il-konflitt jiskala.

Il-fatt li l-kanċillier Awstrijak intbagħat b’mod urġenti mill-Ewropa biex jitkellem ma’ Putin jikkonferma li l-affarijiet mhux sejrin tajjeb għall-Ewropa. Reuters qaltilna li dan mar biex jagħti ħasla lil Putin – il-kliem użat ‘though talks‘. Imma jidher li l-vera raġuni hija din is-sitwazzjoni mbarazzanti li qed taffaċċa l-Ewropa.

Anzi din iż-żjara tkompli tagħti kredenza għal din ix-xniegħa. Ostensibilment il-laqgħa kellha tkun dwar ‘kwistjonijiet umanitari’. Din hija raġuni li ma tispjegax għalfejn il-laqgħa kellha format partikulari ħafna. Din kienet laqgħa sigrieta għall-aħħar, fejn Putin u l-Kanċillier Awstrijak iltaqgħu wiċċ-imb-wiċċ mingħajr delegati jew saħansitra interpreti. Putin jaf jitkellem sew bil-Ġermaniż u allura din hija raġuni oħra għalfejn intbagħat il-kanċillier Awstrijak.  

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *