Il-pjan tal-istrateġista ta’ Bernard Grech huwa li tqaċċat l-irġiel kollha barra mill-Partit Nazzjonlista

Il-pjan ta’ Martina Caruana li llum hija l-ideologa li l-ambaxxata Amerikana mponiet fuq Bernard Grech biex jagħmlu Partit li jħaddan il-ħsibijiet xellugin u anti-kattoliċi, jiġifieri jinbena partit fuq il-linja tad-Demokratiċi Amerikan, qalitha ċara x’hu l-ħsieb tagħha ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet. Dak li trid tagħmel Martina Caruana huwa li tagħmel il-Partit Nazzjonalista kollu mmexxi bin-nisa – b’dan hija qed tifhem li jitmexxa bin-nisa li bħalha huma ta’ ideoloġija xellugija. Jiġifieri Caruana trid Partit Nazzjonalista mmexxi min-nisa biss. Dawk l-irġiel li ser jiġu ammessi, ibqgħu fuq kliemi jridu jkunu ddikkjaraw li huma nisa jew ħasbu bħal femministi Xellugin. Fuq dan nitkellem f’post ieħor. Dawk in-nisa li ma jaħsbux fuq din il-linja, ma għandhomx post fil-Partit Nazzjonalista.

Din tista’ tidher li hija ċajta tal-Ewwel ta’ April. Imma ma hix. Hawn ser inġib post li Martina Caruana tellgħet wara l-elezzjoni ftit tas-siegħat ilu. F’dan il-post hija qed tgħid ċar li mhux ser tkun kuntenta qabel mad-disa’ jkunu kollha nisa. Imbagħad tgħid li din hi kwotazzjoni tal-femminista ta’ R. B. G. Il-kwotazzjoni hija din.

Din hija referenza diretta għal dak li kienet qalet il-femminista Amerikana, l-Imħallfa, illum mejta, Ruth Bader Ginsburg. Fl-2015, Bader Ginsburg kienet tinsisti li hija ser tibqa’ taħdem sakemm id-disa’ imħallfin tal-qorti suprema Amerikana jkunu kollha nisa għaliex b’hekk biss tista’ tintlaħaq l-ugwaljanza peress li fil-passat din l-istess qorti kienet komposta kollha minn irġiel.

https://www.distractify.com/p/when-there-are-nine-meaning?fbclid=IwAR1FSFMtHqwu26qswKuQZqzqJcOxFBzLeFkysiDb8WPHXY3ONAVdB_RT5YQ

Issa ttraduċu dan il-ħsieb għall-Partit Nazzjonalista. Il-problema hija li b’Caruana tmexxi l-ideoloġija, il-Partit Nazzjonalista ftit irnexxilu jtella’ nisa u dawk in-nisa li Martina Caruana mbuttat, ibda minn Claudette Buttgieg, ma tantx marru tajjeb. U dawn kellhom il-magna kollha tal-Partit Nazzjonalista warajhom.

Imma statement bħal dan, minn dik li suppost hija l-ħassieba prinċipali tal-Partit Nazzjonalista, li ġiet appuntata minn Bernard Grech biex tmexxilu l-ideoloġija, juri ċar fejn Bernard Grech irid jieħu l-Partit Nazzjonalista – lejn ix-xellug estrem tal-Politika Maltija.

One thought on “Il-pjan tal-istrateġista ta’ Bernard Grech huwa li tqaċċat l-irġiel kollha barra mill-Partit Nazzjonlista

  1. Nahseb qed tesagera. Dan mhux il-hsieb tal-programm politiku li kellu l-partit. Flimkien g]al xulxin

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *