Il-Malta Today ser tagħmel apoloġija wara li xerrdet fake news fuq ir-Russi? Konferma li l-missila ġewwa Kramatorsk ġiet sparata mill-Ukreni.
Dan is-sit, permezz tal-kitba minn Romegas, kien staqsa jekk dak li ġie ppubblikat mill-Malta Today, jiġifieri li r-Russi kienu tefgħu missila fuq l-istazzjoni tal-ferrovija f’Kramatorsk, hux minnu jew le. Illum huwa kkonfermat li din il-missila ma ġietx sparata mir-Russi.

Infakkar li l-media tagħna u hawn qiegħed anki ninkludi dik tal-Punent, qed titkellem b’leħen wieħed fuq il-gwerra ġewwa l-Ukraina. Dan għandu dejjem iqajjem suspett. Infakkar li l-media tal-Punent ma ħallietna fl-ebda dubju li r-Russi, b’mod mill-aktar viljakk, kienu sparaw din il-missila fuq l-istazzjoni tal-ferrovija ġewwa Kramatorsk. Infakkar li din il-missila ħalliet ħafna vittmi innoċenti. Il-media tal-Punent tat x’jifhem li bħal donnu, iil-qtil ta’ persuni innoċenti huwa passatemp favorit tar-Russi.
Ikolli ngħid li n-narrativa mill-ewwel kienet suspettuża għal kulmin għandu l-fakultà tal-ħsieb u dan għall-diversi raġunijiet, mhux lanqas li r-Russi ilhom li rtiraw din il-missila ta’ għamla Sovjetika mill-inventarju tagħhom.
Ġurnalisti Taljani ta’ la 7, li m’hemmx dubju li ma kienux jafu x’qed jiffilmjaw, irnexxielhom jirreġistraw fuq il-kamera is-serial number tal-missila. Issa għal ħafna nies dan ma jfisser xejn. Lanqas biss jirreġistra xi ħaġa f’moħħhom x’ifisser dan in-numru. Iżda għan-nies attenti, din tagħmel id-differenza kollha għax permezz ta’ dak is-serial number nafu eżatt min kellu fil-pussess tiegħu din il-missila. Inzerta li ħafna minn dawn il-missili jintużaw mill-forzi Ukreni u dawn ġew użati mill-istess Ukreni fl-attakki tagħhom kontra l-bliet tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukranja. B’hekk dawn il-missili ġew reġistrati u dokumentati. U din il-missila li ġiet sparata fi Kramatorsk hija mill-istess ‘batch’ ta’ missili użati mill-Ukreni f’dawn l-attakki.
M’għandniex xi ngħidu li din l-analiżi ma kellniex għalfejn niskopruha mingħand bloggers speċjaliżżati madwar id-dinja li kieku ‘l hekk imsejħa ġurnalisti professjonali jagħmlu xogħolhom, imma l-ġurnalisti professjonali fil-gażżetti u l-istazzjonijiet tagħna ma tinteressahomx il-verità. Jinteressahom biss li jħammġu lir-Russi u jrawmu l-mibegħda lejhom fil-popli tagħna bi propaganda immorali. Propaganda ddisinjata sabiex il-popli tagħna jiġu kkundizzjonati biex:
a) jappoġġaw interventi u għajnuna militari lill-Ukrajna
b) jipprovdu ġustifikazzjoni għad-deċiżjoniet diżastrużi li ttieħdu mill-mexxejja tagħna li ser iwasslu għall-għaks u
c) biex jagħlqu il-ħluq ta’ kulmin għandu opinjoni kontrarja.
Innotaw kif minn mindu sar magħruf is-serial number ta’ din il-missila, kemm sparixxiet malajr l-istorja dwar din it-traġedja mill-gażżetti u t-televixins tagħna.
Imma forsi għal dawk li huma dubjużi, qed inġib ritratt ieħor ta’ missila simili. Din il-missila kienet sparata fuq Donestk mill-forzi armati tal-Ukranja f’Marzu li għadda. Innotaw is-similarita’ tal-batch u s-serial numbers ma’ dik sparata lejn Kramatorsk.

Nagħlaq billi nagħti lista ta’ missili tat-tip Tochka-U li ntużaw mill-qawwiet armati tal-Ukranja u s-serial numbers tagħhom.

U min jaf kemm difnu nies min tahhom stess u rabtulhom idejjhom biex iwwahlu fir Russi.
Dak jighdulu gurnalismu ta habba gozz