Il-gidba tal-Progressivi tax-Xellug li Emma Portelli Bonnici ma tellgħetx minħabba Janice Chetcuti
Il-mezzi tas-social media ħarġu jiddefendu lil Emma Portelli Bonnici u jwaħħlu f’Janice Chetcuti għaliex Emma ma telgħetx fil-Parlament bil-vot tan-nisa. Fi kliem ieħor, dawn qed jgħidu li kieku Janice Chetcuti ħarġet għall-by-election Emma Portelli Bonnici kienet titla’ bil-vot tan-nisa.

Infakkar li fuq dan il-punt kiteb Joe Brincat u kien qal li ser jitla’ kandidat partikolari fuq it-tielet distrett ieħor peress li kellu numru ta’ voti fuq quddiem. Dan il-kandidat ma telgħax. Anki Janice Chetcuti kieku ħarġet għal din il-by-elections, iċ-ċans tagħha li titla’ kien limitat. Għala qed ngħid dan? Qed ngħid dan għaliex tela’ Carm Mifsud Bonnici. Min jaf kif taħdem il-by-election jinduna għala tela’ Carm u mhux ħaddieħor. Il-kandidat li waqqa’ is-siġġu huwa Stephen Spiteri. Spiteri mhux kandidat tat-tielet distrett. Spiteri hu kandidat tat-tieni distrett. Mela x’hemm inkomuni bejn Carm Mifsud Bonnici u Stephen Spiteri? Carm Mifsud Bonnici huwa wkoll oriġinarjament mit-tieni distrett. Mela ħafna Nazzjonalisti li taw l-ewwel lil Stephen Spiteri, taw it-tieni preferenza lil Carm Mifsud Bonnici u dan ġie ppreferut fuq kandidati oħra Nazzjonalisti, inkluż Janice Chetcuti. Infakkar li fuq it-tielet distrett hemm ħafna li huma oriġinarjament mill-Kottonera u Ħaż-Żabbar. B’hekk dawn taw l-ewwel preferenzi lil Stephen Spiteri u lil Carm Mifsud Bonnici.
Imma l-aqwa, li tiġi attakkata kandidata Nazzjonalista mit-tielet distrett għaliex dawk li riedu l-liberali u l-Progressivi tax-Xelluġ, jiġifieri kandidata favur l-abort fil-parlament f’isem il-Partit Nazzjonalista biex tkisser lill-Partit Nazzjonalista baqa’ f’wiċċhom. L-anqas ma għamlitha bil-vot tan-nisa. Fi kliem ieħor, din il-kandidata, anki jekk Janice kienet tipparteċipa f’din il-by-election, xorta kienet ser tibqa’ l-art għaliex iċ-ċans kien li ma titlax bil-by-election.
Issa anki dawk kontra l-abort jistgħu llum jgħidu li kellha raġun Janice Chetcuti jew kemm kellu raġun il-PN li mblukkaha. Min-naħa tagħha, Emma Portelli Bonnici tellgħet post fejn qalet li ma ġietx eletta minħabba l-valuri li tħaddan, jiġifieri dawk favur l-abort. Jiddispjaċini Emma, imma dawn mhux valuri tal-Partit Nazzjonalista.
Biss dan il-kumment ifakkarni fid-diskors li kienet għamlet Martina Cauana matul il-kampanja elettorali li għaddiet. Infakkar li Martina Caruana u Emma Portelli Bonnici huma ħbieb kbar. Waqt din l-attivita’ politika tal-Partit Nazzjonalista, Caruana kienet irreferiet għall-istorja ta’ Ġuditta li qatgħet ras Holofernes. Caruana għamlet din l-anoloġija b’referenza għal dawk in-nisa li skont l-istess Caruana, l-irġiel tagħhom ma jħalluhomx jivvutaw. Imma jidher li l-elettorat spiċċa qata’ ras Holofernes. Fil-verita’ jekk kien hemm xi Holofernijiet fil-Partit Nazzjonalista, dawn il-Holofernijiet huma Martina Caruana u Emma Portelli Bonnici. Il-Ġuditta f’din l-istorja kollha hu l-elettorat.
Vera li għal naqra ma żgiċċatx. Imbagħad kif ġa ktibt, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Il-pjan tax-Xelluġin kien li jkollhom kandidat li timbotta l-aġenda abortist. Emman Portelli Bonnici qalitu pubblikament li trid “timmodernizza” lill-Partit Nazzjonalista. Minflok il-Partit Nazzjonalista rażżanha, inkluż Bernard Grech, dawn aktar tawha r-riħ. Il-verita’ hija li l-Bord ta’ Etika u Dixxiplina flimkien mal-Kummissjoni Kandidati PN messhom ilhom li wrew snienhom dwar dak li pubblikament kienet qed tgħid u tikteb li jmur kontra l-istatut tal-PN. Hawn qed nirreferi għal dak li jgħid l-istatut dwar il-ħarsien tal-ħajja umana.

Illum Emma Portelli Bonnici stess qed tammeti li kieku ma kellhiex dil-fissazzjoni li tkun hi li ġġib ‘l quddiem il-kawża favur l-introduzzjoni tal-abort, kieku telgħet. Jiġifieri kienet titla’ hija u mhux Eve Borg Bonello. Wieħed irid jammetti li Emma Portelli Bonnici hija l-aktar li ħarġet voċifera. Nisperaw li ma hemmx xi l-iljunfant ieħor fil-kamra tal-Partit Nazzjonalista.
Emma Portelli Bonnici kienet sa’ minn żmienha, bħala Segretarja Ġenerali MZPN bejn 2018/19, tipponta fid-direzzjoni ultra liberali. Dan huwa l-grupp li kissru lill-PN u ġabuh ineleġġibbli. Hija ħasra li qatt ma rriflettiet fuq il-konsegwenza li din il-linja, li hija aljena għall-valuri intrinsiċi li minn dejjem ħaddan il-Partit Nazzjonalista kienet qed twassal għall-isfaxxament tal-Partit Nazzjonalista.