Robert Aquilina jimplika li dawk in-Nazzjonalisti li ma vvutawx għal Jason Azzopardi huma ġifa.
Jekk hemm prova ta’ kemm ta’ Repubblika u Jason Azzopardi huma biċċa waħda huwa dan il-post li tella’ Robert Aquilina. Fih jirringrazzja lil Jason Azzopardi tal-għajnuna u s-support li ta lil tar-Repubblika. Mhux ta’ b’xejn li quddiem ir-rigali li ħa Jason Azzopardi, tar-Repubblika qatt ma qalu xejn. Għax taf int. Huma jistgħu jieħdu rigali mingħand businessmen, biex fost l-oħrajn imorru fuq il-qabar ta’ Kristu imma ħaddieħor ma jistax. Jekk ħaddieħor jieħu rigal isir kriminal. Jekk huma jieħdu rigal isiru beati!
Jason Azzopardi mhux ser jinżel fl-istorja bħala l-persuna li ġġieled lil kriminali imma bħala l-persuna li rnexxielu jfarrak partit u jagħmlu ineleġġibli mal-elettorat Malti, minbarra għar-rigali li ħa kemm kien ilu fil-politika.
Fuq kollox, mur emmen lil Robert Aquilina li tar-Repubblika ma jindaħlux fl-affarijiet interni tal-Partit Nazzjonalista! Issa tgħidu hekk għaliex il-benjamin li għamiltu ġarrab l-ikbar telfa fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista. Ara li kieku kienet bil-kontra, ilkom tiftaħru. Ftakar Robert, li rebħa għandha ħafna ulied imma telfa orfni!
Fuq kollox dawn tar-Repubblika ma jitgħallmu qatt. Fil-post li tella’ fuq Facebook, Robert Aquilina spiċċa jgħajjar lil dawk in-Nazzjonalisti li ma vvutawx lil Jason Azzopardi ġifa. Meta titkellem fuq għażliet wara elezzjoni, dak li tkun qed timplika bil-pulit bi kliem bħal dan. Verament arroganti u ma jitgħallmu qatt.
Dan hu l-post ta’ Robert Aquilina.

L-isfaxxar tar Republika.