Perspettivi differenti lejn il-gwerra fl-Ukraina.

Blog post minn Romegas

L-iskop ta’ din ir-rubrika, huwa li naqsam magħkom ġabra ta’ aħbarijiet, analiżi u kummentarji minn madwar l-internet tul il-ġimgħa li tkun għadha kif għaddiet. Informazzjoni injorata jew intenzjonalment oskurata kemm mill-mainstream media in ġenerali kif ukoll dik mill-media lokali b’mod partikolari. 

L-iskop huwa biex nisimgħu u niflu aktar minn qanpiena waħda dak li hu għaddej, għax jekk ma nagħmlux hekk, inkunu qed inħallu li min għandu interessi partikolari jimmanipulana.

Bħalissa qed ngħixu fi żmien ta’ taqlib kbir u għalhekk jekk irridu nevitaw diżastru, huwa l-obbligu tagħna li nitgħallmu naraw ‘l hinn mill-propaganda li qed jimmarinawna fiha. L-intenzjoni ta’ din il-propaganda hija li tiżra’ fina sentimenti irrazzjonali sabiex inċedu għan-narrattiva maħluqa biex timmanipulana.

Fil-verità hawn qed nagħmlu dak li suppost qed jagħmlu ġurnalisti serji, li nagħtukom informazzjoni oġġettiva. F’din ir-rubrika l-enfażi ser tkun fuq dawk l-aħbarijiet u opinjonijiet li ma jaqblux ma’ dak li qed tgħidilna l-media tagħna u dan minħabba raġjuni sempliċi; il-media tagħna nafu x’qed tgħid. X’qed jgħid ħaddieħor rari jekk qatt nisimgħuh.  

Qed nagħti ftit mill-ħafna artikli li qrajt din il-ġimgħa u sibt interessanti u informattivi. Dawn jagħtu perspettiva differenti ta’ din il-gwerra li mhix qed twassal il-media tal-punent.

https://news.liga.net/politics/interview/s14_kto_oni_i_pochemu_im_pozvoleno_bit_lyudey

(użaw Google translate)

Rapporti

https://www.hrw.org/report/2016/07/21/you-dont-exist/arbitrary-detentions-enforced-disappearances-and-torture-eastern

Qed taraw kif il-ħajja u l-istorja mhix daqshekk sempliċi kif tpenġiha l-media?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *