Ittra miftuħa għal Dr Bernard Grech minn tesserat tal-Partit Nazzjonalista.

Għaziz Bernard,

Ippermettili nindirizzak b’ismek imma dejjem b’rispett lejk. Bħala tesserat fil-Partit Nazzjonalista inħoss li huwa dmir u dritt tiegħi li nesprimi opinjoni fuq il-futur tal-istess partit. Nemmen lit-tesserati għandhom dmir li jesprimu lilhom infushom u jiġu mismugħa kif inhu xieraq. Nemmen li bħala kap ta’ partit politiku fl-oppożizzjoni u forza politika b’saħħitha f’pajjiżna, wara it-telfa kbira li l-partit ġarrab, kellu jkollok l-umilta’ u d-diċenza politika li tassumi ir-responsabilta’ tat-telfa elettorali, mhux biss, imma li l-maturita’ politika titlob ukoll li wara il-proċess ta’ kompożiżżjoni tal-grupp parlamentari Nazzjonalista, titfa’ ir-riżenja tiegħek b’mod immedjat. Dan biex kull min jemmen li għandu l-potenzjal ta’ mexxej jkun liberu u mingħajr xkiel li jpoġġi ismu fuq il-lista għall-elezzjoni ta’ kap tal-partit.

B’dispjaċir ngħid li bi strateġija maħsubha minn qabel ir-riżultat preliminari u mhux dak uffiċjali, l-istazzjon Nazzjonalista Net TV bil-kollaborażżjoni ta’ eks-diriġenti tal-partit immanipulaw l-imħuħ tat-telespettaturi biex jippreparawhom għal dak li ġej, jiġifieri, il-wasla tiegħek fis-sala tal-voti u id-dikjarazzjoni tiegħek li tibqa’ tmexxi l-partit. Dan m’hu xejn ħlief dittatura deċiża min-numru żgħir ta’ persuni li, sfortunatament, għal darba oħra qed jimmanipulaw u xxeklu id-drittijiet ta’ dawk kollha li afdaw il-vot tagħhom fl-istess partit. Dan meta il-Partit Nazzjonalista, suppost, huwa msejjes fuq id-demokrazija u l-ġustizzja. M’hemmx li nitgħallmu minn dak li l-partit ġarrab fl-istorja riċenti tiegħu stess.

Fl-aħħar imma mhux l-inqas, hemm bżonn kbir li l-Partit Nazzjonalista verament, mhux bil-kliem imma bil-fatti “walk the talk” u jirrispetta bis-serjeta’ lill-elettorat Malti kollu kemm fl-atteġġjament tiegħu u tas-sosstenituri tiegħu. Infakkrek ukoll, li kull partit politiku rebbieħ, jkollu bżonn il-fiduċja ta’ kull Malti u Maltija ta’ rieda tajba, jkunx Nazzjonalist minn ġuf ommu, Laburist ġenwin jew dawk kollha li m’għandhomx rabta ma’ partit politiku.

Rigward id-dixxiplina, filwaqt li naqbel mad-dixxiplina inġenerali marbuta ma’ kull struttura eżistenti, ma naqbel xejn mal-atteġġjament arroganti u anti-demokratiku fid-dikjarazzjoni tiegħek għal dawk kollha li jesprimu b’mod kostruttiv u passjoni fil-media soċjali.

Kap umli u lejali lejn soċjetà demokratika ma jiddikjarax dawn it-tip ta’ diskorsi. Nifhem li ħadt fit-tul fl-ittra tiegħi. Nittama biss li jirbaħ is-sens komun u tagħmel l-aħjar għażla tajba għall-Partit Nazzjonalista u għal Malta.

Grazzi u tislijiet,

Membru tesserat fil-Partit Nazzjonalista

One thought on “Ittra miftuħa għal Dr Bernard Grech minn tesserat tal-Partit Nazzjonalista.

  1. I agree 100%. Hu hemm Il bzonn jekk irridu innaqsu I’d distak f’elezioni li gejja. Illi dawk Il membri parlamentari li pruvah jamlu kolp ta stat sentejn ilu, iwarbu, igibu l’interess tal partit qabel l’interes tahhom personali, in nies urew li ma iriduwhoma in nies tkelmu bil vot tahhom, halli nibnu partit nadifvha nimxu Il quddiem, Grazzi, min ghand tesserat

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *