Veru li Ray Bezzina sab post mal-DB Group?
Dan is-sit ġie infurmat li Ray Bezzina, li sa ftit ilu kellu kariga fil-Partit Nazzjonalista bħala direttur fil-Partit Nazzjonalista, sab xogħol fid-direttorat mad-DB Group. Dan hu għajdut persistenti li hu għaddej bħalissa fid-Dar Ċentrali. Dan is-sit jixtieq jistaqsi pubblikament jekk dan l-għajdut hux minnu jew le. Jekk din l-informazzjoni hija minnha, dan ifisser li Ray Bezzina mhux sejjer lura fil-kariga li kellu mal-BOV imma sejjer fil-privat.
Infakkar li fi żmien Simon Busuttil, dan kien għajjar lill-DB Group u kien qallhom li mhux ser jiġi mhedded jew jiġi mixtri minnhom. Dawn kienu ħadu ħafna għalihom għal dan il-kliem ta’ Simon Busuttil. Kienu talbuh il-flus lura li kienu taw lill-Partit Nazzjonalista. Qed nistaqsi din il-mistoqsija għax jekk vera li Bezzina sejjer mad-DB Group, allura wara din il-ġlieda, jidher li tah Bernard Grech, dan il-Group għamel rikonċiljazzjoni mal-Partit Nazzjonalista.
Infakkar li matul il-leġislatura li għaddiet, id-DB Group kien involut fl-iżvilupp kontroversjali li ser isir ġewwa San Ġiljan eżattament fil-Bajja ta’ San Ġorġ.