Jinħarġu mill-Eden Super Bowl għaliex kien hemm biża’ li seta’ jaqa’ s-saqaf fuqhom

Illum wara nofs in-nhar, għall-ħabta ta’ 1,30 pm, ħafna nies li kienu fl-Eden Super Bowl intalbu joħorġu għax ħasbu li kien ser jaqa’ is-saqaf fuqhom. F’dan il-ħin kien hemm ħafna tfal f’dan il-lokal. Infatti, ħafna ħarġu jiġru mill-post.

Dawn intalbu joħorġu mill-post minħabba l-biża li seta’ jaqa’ s-saqaf tal-post fuqhom. F’dak il-ħin kien għaddej xi xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-bini ta’ maġenb l-Eden Super Bowl. Dan kien xogħol ta’ twaqqiegħ. Infatti bħalissa, parti mill-bowling alley u fejn hemm iċ-Ċinema 16 qegħdin jinħattu għal żvilupp li qed isir.

Waqt li kien għaddej dan ix-xogħol ta’ kostruzzjoni, is-soffitti tal-Eden Super Bowl tbewqu u xi AC li kienu mwaħħlin mas-saqaf dehru mdendlin l-isfel.

Persuna li kienet fuq il-post ddeskriviet din is-sitwazzjoni bħala waħda tal-biża’. Kieku s-saqaf waqa’, traġedja kbira kienet tiġri. Din il-persuna kompla jgħidli li veru tal-mistħija!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *