It-tabib Hermann Farrugia jfaħħar lil Janice Chetcuti għall-ġest kuraġġuż tagħha

F’messaġġ li ħalla fuq is-site simonmercieca.com taħt l-artikli fejn intqal li Janice Chetcuti mhux ser toħroġ għall-by-election biex tagħti aktar spazju biex jitilgħu kandidati mit-tielet distrett –

Janice Chetcuti ma tefgħetx in-nomina għall-by-election: verament għamlet sew biex b’hekk ser ikun hemm żewġ deputati Nazzjonalisti mit-tielet distrett

Hermann Farrugia għamel dan l-messaġġ:

Chapeau Janice! Real Exemplary in so many more ways than this.

Inċidentalment, il-ġest altruist u kuraġġjuż tiegħek Janice jikkorrespondi eżattament mal-ħsieb wara l-proposta tiegħi lill-Eżekuttiv P.N. f’Ġunju 2017, li s-siġġijiet vakati għall-elezzjonijiet każwali għandhom jiġu ċeduti b’tali mod li tissaħħaħ il-possibilita’ ta’ rappreżentanza minn deputati eletti Nazzjonalisti li jkollhom kostitwenza pjuttost soda fin-Nofsinhar ta’ Malta… partikolarment fejn il-partit ikun ħareġ l-aktar dgħajjef fl-appoġġ popolari.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *