Katya Degiovanni: sorpriża pożittiva għall-Lejber fuq ir-raba’ distrett

Ir-raba’ distrett huwa wieħed minn dawk li nsegwi għaliex jien minn hemm. Biss ikolli ngħid li kienet sorpriża pożittiva li Katya Degiovanni telgħet f’din il-by-election. Hija wirtet il-voti ta’ Chris Fearne. Dan ifisser li fuq id-distrett, il-votanti Laburisti qed jarawha bħala s-suċċessur naturali ta’ Chris Fearne li jidher li ser ikun qed jirtira mill-politika f’din il-leġislatura għaliex kif kont ħabbart u issa ġie ikkonfermat anki fil-media, jidher li ser imur l-Ewropa.

Ma kellhiex xi kampanja fenominali ta’ ħafna bħal ma kellhom deputati oħra tal-istess partit tagħha fuq dan id-distrett. L-anqas xi riġment canvassers.

Naħseb li ħafna mill-canvassers Laburisti stess qatt ma bassru li ser tagħmilha. Imma dan hu ta’ vantaġġ għaliha għaliex nemmen li l-elettorat jaf jagħżel il-kandidati u anki jekk il-magna tal-Partit Laburista ma kienetx warajha bħal ma kienet wara oħrajn, xorta irnexxilha tagħmilha fil-Parlament at her own steam.

Imma jidher ċar li ser tkun mara li ser tagħmel karriera fil-politika u naħseb li hija mara validissima fil-kamp Laburista.

Mhux ser nitkellem dwar il-fatt li Katya Degiovanni hija kollega l-Universita’. Qed ngħid dan biex ma jkunx hawn xi tiżgwid. Jien qiegħed f’fakulta’ oħra. Imma nemmen li ser tkun deputata valida u għandha ħafna kontribut x’tagħti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *