Fil-privat, Ryan Callus qed jgħid li l-Partit Nazzjonalista ma għandux futur b’Bernard Grech bħala kap

Naf diversi deputati li kienu supporters ta’ Bernard Grech li llum huwa diżillużi. Hawn qed nirreferi għal dawk li kienu qed jilagħbu l-logħba tiegħu. Wieħed minn dawn huwa Ryan Callus. Naf li ser jiċħad dan li ser ngħid fuqu u jgħid li din hija fake news u li jien xandar tal-ħrejjef u gideb kif qal fuqi Mario de Marco imma dan hu wieħed minn dawk li fil-privat qed jgħid li b’Bernard Grech kap, il-Partit Nazzjonalista ma għandux futur. Quddiem Bernard Grech, Callus qed jgħidlu biex jibqa’ imma minn warajh qed jgħid il-kontra.

Infakkar li Bernard Grech irnexxilu jgħaqqad id-deputati kollha kontrieh ħlief għal Claudette Buttigieg u Ryan Callus. Kemm infakkar li Claudette Buttigieg hija magħrufa fil-grupp parlamentari bħala r-Reġina.

Illum ħafna deputati qed jistaqsu għala l-Partit Nazzjonalista interpreta s-surveys kif interpretahom? Tiftakru kemm kienu jiftaħru li s-surveys kienu jgħidu li b’Bernard Grech kap, il-Partit Nazzjonalista qed javvanza u li ser jerbħu għaliex is-surveys kienu qed jgħidu li l-appoġġ għal Bernard Grech qed jikber?

Fil-verita’ illum hemm kap li ma riedx jirrikonoxxi l-problema li f’din l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalist tilef aktar voti mill-elezzjoni l-oħra. Anzi qed jiftaħar li qed jiġġenera lill-Partit Nazzjonalista.

Kieku dan ma ddikkjarax li ser joħroġ, kien iħalli ftit tama għall-Partit Nazzjonalista. Issa li ddikjara li ser joħroġ, qatel kull tama li l-Partit Nazzjonalista jista’ jiġġenera ruħu. Għalhekk qed ngħid li dan qed jara l-interessi tiegħu biss.

Dan kollu jikkonferma li Bernard Grech jinteressah biss li jġib l-paga li qatt ma qala’ u li jibqa’ bix-xufier. Infakkar li qabel ma ħareġ għall-kap, kien jiftaħar li kien jaħdem biss mid-disa’ sa nofs in-nhar.

Nemmen li Bernard Grech ser jibqa’ assoċjat mal-ikbar telfa li qatt ġab il-Partit Nazzjonalista. Fi żmienu, il-Partit Nazzjonalista sar irrelevanti. Fi kliem ieħor, jekk il-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ b’din l-attitudni, ser ikun relegat għall-paġni tal-kotba tal-istorja. Verament taħt Bernard Grech, il-Partit Nazzjonalista spiċċa dinosawru li darba kien jiddomina lid-dinja u llum ma għadux hemm.

Quddiem din is-sitwazzjoni Robert Arrigo, li tela’ minn żewġ distretti u kien wieħed minn dawk imwarrba, anki jekk ta kontribut kbir finanzarju lill-Partit Nazzjonalista, ħareġ jgħid fil-pubbliku li kien ġie kompletament imwarrab f’din il-kampanija elettorali li għaddiet. Il-Partit Nazzjonalista nesa kemm ħadem biex jiġbor il-flus. Hekk għandhom ikunu l-irġiel fil-politika li jitkellmu b’onesta’ dwar is-sitwazzjoni u mhux joqogħdu jilagħbu bid-diskorsi biex jingħoġbu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *