Robert Abela jidher li qed jaqta’ barra lil dawk id-deputati mitqiesha bħala ta’ Joseph Muscat
Minn osservatur politiku
Robert Abela huwa llum ‘his own man and leader’. Ma setgħetx marret aħjar għal Robert Abela din l-elezzjoni ġenerali. Dak li xtaq irnexxa kollu. Hu ried li jaqbeż in-numri li kien ottjena Joseph Muscat u din ir-rebħa ġiet interpretata b’mod li deher li rnexxielu jilħaq dan il-għan. Hu ried ikollu rebħa ikbar minn Joseph Muscat u ġiet impenġija li hekk ġara’. Fuq kollox, ġab 60% tal-voti mitfugħa. Hu irnexxielu li ma jnaqqasx il-maġġoranza tiegħu fil-parlament (anki jekk naqqas il-voti attwali) u irnexxielu.
Issa hu għażel l-esekuttiv tiegħu. Ma kienetx sorpriża li l-Labour Party rebaħ l-elezzjoni imma lanqas kienet tant mistennija li jerbaħ f’dawk in-numri kollha. Aktar milli mertu tal-Lejber, dan hu mertu tal-Partit Nazzjonalsita. Robert Abela xtaq hekk u l-poplu kkuntentah. Robert Abela għalkemm ħa l-Gvern wara mexxej li kien qed jiġi mċappas ma’ ħafna affarijiet, għalkemm ma hemm ebda prova, kien mistenni li jbati fil-popolarita’ tiegħu mas-sostenituri tal-Partit Laburista.
Imma Abela żamm sod u baqa’ għaddej b’ċertu għaqal. Żamm sod għall-isfidi li kellu jaffaċċja u ħa r-risposta b’rebħa tant konvinċenti. Għalkemm qatt ma ċaħad lil Joseph Muscat fl-aħħar sentejn kemm ilu Prim Ministru, illum qed jibgħat sinjal ċar li jrid jinqata’ minn Muscat. Hu ħalla barra lil dawk id-deputati li b’xi mod għadhom juru li baqgħu qrib tal-prediċessur tiegħu u anki jekk telgħu ma tagħhomx ministeru. B’hekk għamel esekuttiv li jista’, mingħajr ebda tlaqliq, isejjaħlu tiegħu. Abela qed juri li issa żgur huwa ‘his own man’.