Grazzi għal Rosianne Cutajar, il-Lejber ma kellux straġi fuq fis-sitt distrett: imma xorta ser tibqa’ bla ministeru

James Debono kiteb artiklu llum għall-Malta Today fejn fih qal li l-Lejber naqqas fuq kull distrett, minbarra fuq Għawdex u fuq Ħal Qormi. Analiżi interessanti. Jien mhux ser nikkummenta fuq Għawdex għax dan jistħoqqlu analiżi dettaljata. Imma llum ser niffoka biss fuq dak li qal dwar Ħal Qormi.

https://www.maltatoday.com.mt/news/election-2022/116075/pn_in_freefall_decline_across_the_board_for_labour_except_gozo_qormi?fbclid=IwAR3_qSmDyjA4AaUuct86hVvbgPGMUo0Z92NMlcJLUsrQDU42obGPi7rDaeo#.YkrrYOhBy3B

Debono ma jsemmix lil Rosianne Cutajar b’isimha. Dak li hu żgur li kien grazzi għal Rosianne Cutajar li l-Lejber ma ġarrabx straġi fuq dan id-distrett bħal ma ġarrab fuq distretti oħra Laburisti fosthom, it-tieni, it-tielet u r-raba’ distrett. Kieku l-Lejber sema’ minn ta’ Repubblika u ma ħalliex lil Rosianne Cutajar toħroġ, ibqgħu żguri li dan id-distrett kien ikollu l-istess trend li kellhom distretti oħra, magħrufa bħala Laburisti – minbarra Għawdex – fejn il-Lejber naqqas il-popolarita’ tiegħu. Fuq it-tieni, it-tielet u r-raba’ distrett, il-Lejber naqqas aktar mill-PN il-popolarita’ tiegħu.

Infakkar li Rosianne Cutajar ġabet 2,158 vot bħala l-ewwel preferenza. Infakkar li Rosianne Cutajar hija l-aktar mara li ġabet unijiet fil-Partit Laburista wara Miriam Dalli. Imbagħad nisa oħra, li fl-ewwel count ġabu ħafna inqas minnha unijiet, spiċċaw ministri jew segretarji parlamentari.

Kif irrimarka tajjeb Ranier Fsadni, f’artiklu li kiteb għal The Shift, Rosianne Cutajar ma telatx minħabba d-donkey voting għaliex kien hemm kandidat, Malcolm Agius Galea, li ħa vantaġġ tal-liġi li għaddejna biex raġel ikun jista’ jieħu kunjom il-mara u spiċċa li ġie fuq nett tal-lista. Martu kunjomha Agius. B’hekk ħafna tawh preferenza għax kien l-ewwel fuq il-lista tal-kandidati Laburisti. Kif irrimarka tajjeb Fsadni, fil-każ ta’ Cutajar, din il-liġi spiċċat biex ħadmet kontra tagħha. Fi kliem ieħor għaddejna liġi biex suppost tagħti support lill-mara u spiċċat biex ħadmet bil-kontra għaliex minħabba fiha, mara ma għamlithiex għall-Parlament fl-elezzjoni li għaddiet!

B’hekk Agius Galea spiċċa wieħed minn ta’ l-aħħar li waqa’. Hu waqa’ qabel Rosianne Cutajar. Meta waqa’, il-voti tiegħu għaddew għand Ian Borg u mhux għand Rosianne Cutajar, għax Borg qiegħed qabel Cutajar minħabba kunjomu. B’hekk tela’ Ian Borg u mhux Rosianne Cutajar. L-argument ta’ Ranier Fsadni huwa korrett: il-voti ta’ Agius Galea għaddew għand Borg u mhux Cutajar minħabba d-donkey voting.

Wisq probabbli li Rosianne Cutajar l-anqas titla’ bil-by-election għaliex Cutajar ser tibda minn żero – peress li hija ma għaddiet l-ebda vot lil Ian Borg għaliex baqgħet imdendla, waqt li Agius Galea ser jibda b’845 vot. Dawn huma il-voti li Malcolm Agius Galea ta lil Ian Borg. Peress li din il-by-election ser issir skont il-voti li ġab Ian Borg, dawn il-voti kollha li Agius Galea ta lil Ian Borg ser jerġa’ jieħodhom lura waqt l-għadd tal-voti f’din il-by-election.

Min-naħa tagħha, Rosianne Cutajar tefgħet post fuq Facebook fejn qalet li tefgħet in-nomina tagħha għal din il-by-election. Fil-messaġġ fuq Facebook kitbet hekk:

Anki jekk kienet il-persuna li salvat lill-Lejber milli jkollu tnaqqis fuq is-sitt distrett, kif kellu fuq id-distretti kollha Maltin, xorta waħda mhux ser tikkwalifika biex tingħata ministeru. Imma dik hija l-ironija tal-politika. L-uniku konsolament li jista’ jkollha, li ser titla’ bil-vot tan-nisa!

Min-naħa tiegħu, il-Lejber irid joqgħod attent għaliex fl-elezzjoni li jmiss ser ikompli jnaqqas u mhux iżid. Min-naħa tiegħi, qed insemmi dawn id-dettalji biex nuri kemm għamlu analiżi ħażina ta’ Repubblika meta attakkaw, f’isem il-Partit Nazzjonalista, lil Rosianne Cutajar. Bl-attakki tagħhom spiċċaw jgħinu lill-Lejber u mhux idgħajfuh. Kieku ma kienx għall-voti li kisbet Cutajar, kieku l-Lejber naqqas fuq dan id-distrett kif naqqas fuq id-distretti l-oħra, inkluż fuq dak li ħareġ fuqhom il-Prim Ministru u d-deputat Prim Ministru Chris Fearne.

Jidher ċar li hemm ħafna Laburisti mweġġgħin. Dawn ma kienux ser joħorġu jivvutaw imma ħarġu jivvutaw xorta waħda b’solidarjeta’ ma’ Rosianne Cutajar minħabba l-attakki li saru fuqha mill-grupp Repubblika u s-segwaċi ta’ Daphne Caruana Galizia!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *