Għal darba oħra terġa’ toħroġ konferma ta’ dak li ġie irrappurtat f’dan is-sit hu minnu: Bugeja Said ser issir segretarju parlamentari
Dan is-sit kien ħabbar li Alicia Bugeja Said ser issir Segretarju Parlamentari. Dan is-sit kien qal li din ser issir segretarju parlamentari fil-ministeru ta’ Anton Refalo li huwa tal-Biedja u Sajd. L-istrateġija hija li mbagħad f’nofs il-leġislatura jkun hemm reshuffle u Bugeja Said tieħu post l-istess ministru Anton Refalo u tkun hija l-ministru tal-biedja u sajd.
Illum din l-aħbar li tajt dwar Bugeja Said qed tkun ikkonfermata mill-Malta Today. Magħha ssemmiet ukoll Rebecca Buttigieg.
Jidher ċar li l-istrateġija ta’ Robert Abela hija li jwarrab lil dawk kollha li huma mitqiesha ta’ Joseph Muscat. Dan kont ukoll tkellimt dwaru fuq dan is-sit. Edward Zammit Lewis ma ngħatax ministeru allavolja ġie elett. Glenn Bedingfield ma telax. L-istess jista’ jingħad dwar Joe Mizzi. Joseph Muscat kien għamel endorsement tagħhom it-tnejn. Imbagħad hemm Rosianne Cutajar. Din hija oħra mitqiesha ta’ Muscat tant li Joseph Muscat għamel endorsement tagħha. Din ma telgħatx imma hija l-aktar mara fil-Partit Laburista, wara Miriam Dalli li ġabet numru ta’ voti preferezjali jiġifieri unijiet imma l-magna tal-Partit Laburista u l-istituzzjonijiet, għall-inqas skont dak li qal Manuel Cuschieri, kienu kontra tagħha. Ser ikun diffiċli għal Cutajar li titla’ bil-by-election għaliex ser titlaq minn zero waqt li ħaddieħor ser jitlaq minn 845 vot. Imma ser titla’ bil-vot tan-nisa għaliex hija l-ewwel fil-lista.
Dawn il-manuvri kollha juru, li matul dawn il-ħames snin li ġejjin, dawk id-deputati li huma mitqiesha ta’ Joseph Muscat ser ikomplu jitwarrbu biex Robert Abela jmexxi lil dawk il-kandidati li huwa jqies li huma tiegħu. Id-daħqa hija, li l-aktar persuna li kien qrib Joseph Muscat kien Robert Abela u Joseph Muscat ħareġ jikkanvazja biex Abela jilħaq il-mexxej tal-Partit Laburista.
Mhux daqshek ghax hemm hafna izjed ta Joseph Muscat kulhadd jaf li bhal Joseph Malta qatt mhu se jerga jkollha.