L-istrateġisti tal-PN jitfgħu lill-mara ta’ Bernard Grech fuq quddiem biex jgħidu li Bernard Grech ser jibqa’
Il-mara ta’ Bernard Grech tellgħet post biex tgħid li l-ħidma tagħhom, jiġifieri tagħha u ta’ żewġha, ser tkompli. Dan hu messaġġ ċar, biex tgħid li huma baqgħu jaħdmu wara li Bernard Grech sparixxa u ma baqgħax jidher tant li kien anki assenti għall-festi Nazzjonali tal-31 ta’ Marzu. Fuq kollox Bernard Grech ma ta l-ebda kumment lill-media u l-aħħar li deher fil-pubbliku kien fil-counting hall. Dan hu messaġġ ċar mill-familja Grech li huwa jridu jibqgħu fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Ir-raġuni għala ntgħażlet il-mara biex jibgħat dan il-messaġġ hu ċar. Fuq livell personali, martu għandha karattru aktar affabbli min ta’ żewġha li l-arroganza tiegħu urtat ħafna Nazzjonalisti. Għall-inqas, martu niżlet aktar tajjeb mall-elettorat Nazzjonalista mill-istess żewġha.
B’hekk f’dan il-mument ta’ kriżi kbira, mhux kumbinazzjoni li tkun martu li tibgħat messaġġ bħal dan, meta messaġġ dwar ħidma fil-Partit Nazzjonalista, għandu jintbagħat minn żewġha li finalment huwa hu l-mexxej u mhux il-mara tiegħu.
