Dan is-sit kien qal il-verita’ fuq ir-reżenja ta’ Chris Peregin u Ray Bezzina: żewġ reżenji li l-Partit Nazzjonalista żamm mistura għal ħafna jiem

Dan is-sit jiġi mgħajjar li hu fake news. Mario de Marco għajjarni li jien fakenews. L-istess għamel Mark Anthony Sammut. Biss kull ma jħabbar joħroġ li hu minnu għaliex dan hu sit li jikteb b’risposabbilita’.

Tiftakru ħafna jiem ilu kont staqsejt jekk hux minnu li Christian Peregin u Ray Bezzina rreżenjawx jew le? Dan kont staqsejtha fid-29 ta’ Marzu. Dawn it-tnejn ilhom li rreżenjaw mill-karigi tagħhom, imma għal xi raġuni jew oħra, dawn iż-żewġ reżenji nżammu mistura mill-Partit Nazzjonalista. Dan hu dak li kont ippubblikajt fid-29 ta’ Marzu.

Issa ħareġ li bħal dejjem dan is-sit qal il-verita’ u nkixef li dawn kienu reżenji li nżammu mistura mit-tesserati Nazzjonalisti.

https://www.maltatoday.com.mt/news/election-2022/116056/bernard_grech_aides_chris_peregin_and_ray_bezzina_step_down#.Ykg_wehBy3B

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *