Voti mħassra fuq l-ewwel distrett

Qed inġib xi voti li ġew imħassra fuq l-ewwel distrett. B’kollox qed inġib ħamsa. Tlieta minnhom jidher li ġew imħassra minn votanti tradizzjonalment Laburisti. L-ewwel wieħed huwa ta’ persuna li beda jivvota lill-kandidati Laburisti u wara t-tielet preferenza waqaf. Minflok, kiteb kontra l-politika tal-gvern li jimponi l-green pass.

It-tieni vot huwa wkoll ta’ Laburist. Għall-inqas dan kiteb il-kumment tiegħu fuq in-naħa tal-voti tal-Lejber u qal li hu mhux Ġaħan. Anzi qal lill-kandidati tal-Lejber li huma Ġaħan.

It-tielet vot jidher li huwa wkoll ta’ xi ħadd Laburist. Fih qal li mhux ser jivvota għax ma ħax flat mingħand il-gvern.

Ir-raba’ vot huwa ta’ xi ħadd li jista’ jkun kemm mill-kamp tal-Labour jew tal-PN. Dan pinġa simbolu falliku fuq il-vot.

L-aħħar vot huwa ta’ persuna li jidher li ġej mill-kamp Nazzjonalista. Dan għadu mweġġa’ b’li sar kontra Adrian Delia u qalha ċara u tonda li mhux ser jivvota PN għaliex Adrian Delia ma baqax il-kap tal-Partit Nazzjonalista. Fuq il-vot kiteb, Delia the Best.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *