Tmexxija Nazzjonalista hija kompletament newtralizzata
Blog post minn Hermann Farrugia
Il-bieraħ stennejt li t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista tikkummenta fuq il-31 ta’ Marżu. Imma dan sar partit li tilef kull sens ta’ storja. Tant sar liberali, li l-istorja għalih ma għadhiex importanti. Lanqas kelma wahda mit-TMEXXIJA Nazzjonalista biex tfakkar jew tqiegħed f’perspettiva storika Jum Il-Ħelsien inkluż li kienet f’dik is-sena li Malta bdiet it-triq biex tidħol fl-Unjoni Ewropea grazzi għall-Partit Nazzjonalista.
Issa għandna tmexxija, inkluż kap, li hija kompletament newtralizzata, bħal direzzjoni u strategija. Minn issa l-Partit Nazzjonalista jrid jara xi strateġija ser addotta.
Bernard Grech huwa fattwalment ‘oblivious’ dwar dak li storikament kien laqatna bħala Nazzjon. Il-bieraħ kont qed nistenna dikjarazzjoni politika ċara iżda huwa wera li l-PN qiegħed bil-lajma l-lajma isir politikament IRRILEVANTI kemm fil-ħajja ta’ kuljum u wisq aktar fil-memorja kollettiva tal-ħajja taċ-ċittadini minn kull spektrum soċjali. Sar tajjeb biss sabiex jittallab flus permezz tas-sħubija fil-partit u biex jagħmel xi maratona ħalli l-establishment jibqa’ jitħallas.
.