Bl-arġumenti ta’ Bernard Grech, il-Partit Nazzjonalista tilef 15-il elf vot favur il-Lejber fi ftit jiem

Wayne Hewitt tella’ post biex jgħidilna l-PN avvanza taħt Bernard Grech. Kien pront irrispondih George Tabone u qallu li meta taqra dan it-tip ta’ raġunar, ma hemmx għalfejn tagħmel analiżi aktar tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista. U Tabone għandu raġun.

Dan wassal biex anki eks-Kunsillier Nazzjonalista ikkummenta fuq dan il-post u qal li b’dan it-tip ta’ argumenti, il-Partit Nazzjonalista ma jistax jerbaħ l-elezzjoni. Dan hu dak li kiteb Andre Grech:

Imma ejja nagħtu l-benefiċċju tad-dubju li Wayne Hewitt u n-nies ta’ Bernard Grech li qed isostnu, anki jekk mhux vera, li Bernard Grech naqqas id-distakk minn 80 elf għall-erbgħin elf vot. Fil-verita’ qatt ma kien hemm distakk ta’ 80K jew 90K bejn il-Partit Laburista u dak Nazzjonalista.

Mela jekk tiftakru, dawn is-suppost tmenin elf vot differenza saru erbgħin elf vot differenza wara xahar li Bernard Grech leħaq kap tal-Partit Nazzjonalista. Infatti, ftit wara li leħaq kap, Bernard Grech kien ġa ħareġ jgħid li kien naqqas id-distakk bin-nofs. F’sena u nofs, dawn l-erbgħin elf baqgħu erbgħin elf differenza. Wara ma naqsux aktar. Jekk f’sena u nofs, il-Partit Nazzjonalista ma ggwandjax vot, kif ser jiggwadanja vot fis-sentejn jew fil-ħames snin li ġejjin?

Issa jekk wieħed jużaw is-surveys tal-Malta Today, kif kien iħobb juża Bernard Grech qabel l-elezzjoni, jkollu jikkonkludi li l-PN żied u mhux naqqas il-marġini tad-differenza tal-voti. Mela wieħed jista’ jgħid li sa qabel l-elezzjoni, minn tmenin elf, id-differenza niżżlet għal 25K. Tant kemm kienu konvinti li d-differenza kienet niżla u li l-PN kien ser jerbaħ, li wara kull survey li kienet tippubblika l-Malta Today, Bernard Grech kien joħroġ jgħid li taħtu l-PN qed javvanza. Infakkar li Claudette Buttigieg marret tgħid lill-partitarji li kienu ser jerbħu. L-għajta fil-Partit Nazzjonalista kienet li dan il-partit kien ser jerbaħ b’marġini ta’ ħames t’elef vot.

Mela jekk wieħed jaqbel li l-PN taħt Bernard Grech niżżel id-differenza kif qalet il-Malta Today għall-ħamsa u għoxrin elf vot, wieħed irid jaqbel ukoll li Bernard Grech, irnexxilu jtella’ dan id-distakk għall-40 elf differenza matul il-kampanja elettorali! Bniedem li jitlef 15-il elf vot f’sitt ġimgħat ta’ kampanja elettorali ħaqqu jibqa’ kap?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *