It-Times għadha ma ħaditx risponsabbilita’ għat-telfa tal-PN
The Times kienet waħda minn dawk il-gazzetti, li permezz tal-ġurnalisti tagħha mexxiet kampanja malizzjuża u maħmuġa kontra Adrian Delia meta kien kap tal-Partit Nazzjonalsita. Hija ħadmet biex Bernard Grech ikun kap tal-Partit Nazzjonalista. Hija tat u għadha tagħti appoġġ lill-Repubblika, Manuel Delia, l-aħwa Aquilina u lil Jason Azzopardi. Illum għandna r-riżultat. Disfatta totali. Dan juri li The Times ma għadx għandha s-saħħa li tinfluwenza l-elettorat. Għandha biss is-saħħa li tinfluwenza lill-parti mill-elettorat Nazzjonalista. Fi kliem ieħor, kellha s-saħħa biex twaqqa’ lil Dr. Adrian Delia u tgħin lil Bernard Grech isir kap. Imma mbagħad ma għandix saħħa mal-elettorat Laburista. Mela kull ma tista’ tagħmel The Times huwa biss ħsara lill-Partit Nazzjonalsta.
Infakkar lil The Times bil-ħafna gideb li mexxiet permezz ta’ opinjonijiet differenti kontra Adrian Delia, inkluż li hu bniedem fallut. Infakkar lil The Times li Adrian Delia biegħ is-sehem tiegħu fil-legal firm li kellu. Ara ħaddieħor, qal li ser ibiegħ l-isħma tiegħu f’Lovin Malta u sal-lum ma nafux jekk biegħhomx jew le. Ara fuq dawn l-affarijiet il-ġurnalisti ta’ The Times b’ħalqhom magħluq. Infakkar lil The Times, li anki gideb mexxiet li Adrian Delia qiegħed fuq il-coke. Infakkar li parti minn dan il-gideb orġina mill-ġurnaliżmu ta’ Daphne Caruana Galizia
F’dan il-kuntest, The Times imissha tistħi li s’issa għadha ma tridx tikkummenta uffiċċjalment u tikkommetti ruħha dwar ir-responsabbilta’ tat-tmexxija attwali tal-PN f’dawn iċ-ċirkostanzi inerentement u inelettibbli li l-Partit Nazzjonalista jinsab fihom in parti grazzi għall-istess ġurnalisti ta’ The Times of Malta.
Tafu min hu Ġaħan? L-elettorat Nazzjonalista għax emmen il-gideb ta’ The Times fuq Adrian Delia. Ara l-elettorat Laburista ma jemminx The Times għax mhux Ġaħan!
U ma tarax it Times spiccat ghal kollox.
It-Times tippublika dak li jiddetta it-tifel tal-avukat li kien biddel it-testment ta’ Mabel Strickland, ghandu hafna influwenza hemm gew mhux billi jipprova jpingi stampa ohra u jghid li ma jkunx jaf x’ikun qed jigri hemm gew.