Edwin Vassallo jtella’ post fuq Facebook u jgħid li ser jibqa’ attiv fil-politika
Edwin Vassallo kien wieħed mid-deputati Nazzjonalisti li ma tellgħux fl-aħħar elezzjoni. Biss mhux ser ikun qed jirtira mill-politika. Edwin Vassallo tella’ post fuq Facebook li fih qal li ser jibqa’ attiv fil-politika, b’mod partikolari lejn il-valuri li huwa dejjem ħaddan, jiġifieri dawk Insara.
Edwin Vassallo kien wieħed minn dawk il-kandidati li twarrab mill-amministrazzjoni preżenti tal-Partit Nazzjonalista tant li matul il-kampanja elettorali ħbewh u ma tawhx viżibilita’ biex ma jkollox xi artiklu negattiv mill-media tal-liberali. Dan in-nuqqas ta’ viżibilita’ wassal biex ġab l-agħar riżultat elettorali matul il-karriera politika kollha tiegħu. Anki jekk Edwin Vassallo dejjem kien leali lejn il-Partit Nazzjonalsita, il-magna tal-Partit Nazzjonalista ħadem kontra tiegħu matul l-aħħar elezzjoni.
Sew jagħmel Edwin Vassallo li jibqa’ jsemma’ leħnu. Wieħed jista’ jaqbel jew ma jaqbilx ma Edwin. Biss Edwin huwa bniedem onest u korrett li dejjem ħadem politika tan-nies u għan-nies. Minn hawn, dan is-sit jawguralu.
