Jaqaw il-Partit Nazzjonalista jrid jaġevola lil xi kandidat minn ieħor dwar liema distretti għandhom iwaqqgħu dawk li telgħu minn tnejn?

Fil-Partit Nazzjonalista hemm agreement li dawk id-deputati li tellgħu fuq żewġ distretti jwaqqgħu d-distrett li l-inqas ġabu voti fuqu. Dan l-agreement kien intlaħaq wara li fl-aħħar elezzjoni tat-2017 kien inqala’ diżgwid minħabba Beppe Fenech Adami għaliex dan ma kienx ried iċedi d-distrett ta’ Birkirkara. F’dik l-elezzjoni, Beppe Fenech Adami kien tela’ fuq żewġ distretti. Tant hu hekk li dan l-agreement kien iddaħħal fl-istatut tal-Partit Nazzjonalista.

Issa qed nara l-Malta Today fejn qed tgħid li l-istatut tal-PN mhux ċar dwar dan il-punt. Suppost dan hu partit tal-avukati u jidher li dawn l-avukati l-anqas kienu kapaċi jagħmlu klawsola tajba! Skont il-Malta Today, din hija klawsola ambigwa. Meta naqra dawn l-affarijiet nibda naħseb ħażin. Jaqaw hemm xi interess li xi ħadd jilgħab xi logħba ħalli jaqa’ distrett u mhux ieħor biex jiġi aġevolat xi kandidat fuq ieħor? Jekk huwa hekk, is-segretarju ġenerali għandu jgħidilna. Nistennew u naraw!

https://www.maltatoday.com.mt/news/national/116006/pn_statute_ambiguous_on_which_seats_doubleconstituency_candidates_will_vacate?fbclid=IwAR1yfJsmMfd8j5wbwXtIbib4ApNw4JiB_I1NsAys1lTpwEB1JVOvsih8A24#.YkMCGyhBy3B

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *