Plus ça change, plus ça demeure pareil…ou même pire!
“Plus ça change, plus ça demeure pareil…ou même pire!” hija l-espressjoni li uża t-Tabib Hermann Farrugia biex jiddeskrivi is-sitwazzjoni attwali fil-Partit Nazzjonalista. Bil-Malti, din l-espressjoni tfisser aktar ma jinbidlu l-affarijiet aktar jibqgħu l-istess.. jew isiru agħar!” It-tabib Farrugia qal din l-espressjoni fid-dawl li Bernard Grech ipprova jibdel id-diskors tiegħu. Tant hu hekk li tella’ post f’dan is-sens. Hermann Farrugia fakkar li meta kien ser jilħaq kap, Bernard Grech kien qal li hu kien ser joħloq realta’ ġdida li biha ser iġib l-għaqda fil-Partit Nazzjonalista. Wara din it-telfa, biddel id-diska. Qed jgħid li l-PN irid l-għaqda. Mela dan ma rnexxilux iġib l-għaqda fil-Partit Nazzjonalista? Kull ma rnexxilu jġib kien aktar ħdura u mibegħda. Sar il-partit tal-mibegħda fejn jintużaw mekkaniżmi biżantini biex jitfarrku n-nies. B’Bernard Grech mexxej, il-Partit Nazzjonalista qatt ma ser jerbaħ elezzjoni. Għandu raġun it-Tabib Farrugia, li aktar ma jibdel ir-retorika tiegħu Bernard Grech, aktar l-affarijiet imorru għall-agħar.

Sewwa qal jekk ma jehlisx mi velheu li ghandu ma dwara Bernard min go tagen ghal go nhar.