Il-media tal-PN ikkomparat kemm kien ġab voti aktar Joseph Muscat minn Robert Abela: li ma qalitx hu li Simon Busuttil kien ġab aktar voti minn Bernard Grech

Minn qarrej ta’ dan il-blog

Donna l-Media tal-Partit Nazzjonalista ser jibqgħu għaddejjin bl-istejjer negattivi. Mela illum 28 ta’ Marzu kellhom aħbar bombastika u sensazzjonali. Mela l-media tal-partit tiegħi, il-PN, irrappurtaw li Dr Robert Abela ġab inqas voti milli kien ġab Joseph Muscat fl-elezzjoni tas-sena 2017. Id-differenza kienet li Joseph Muscat ġab 5870 vot iktar minn Dr Abela fuq iż-żewġ distretti li ħarġu t-tnejn li huma fuqhom.

Li ma qalux kien li Dr Simon Busittil fl-elezzjoni tas sena 2017 kien ġab 5406 vot iktar milli ġab Dr. Bernard Grech. Mela jekk tara d-differenza hi ta 464 .

B’dan in-negativviżmu ma aħna ser naslu qatt. Hemm bżonn aħbarijiet iktar serji. Ma nistmawx lill-qarrejja u s-semmiegħa ta’ ċwieċ.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *