Tinbeda t-triq biex Bernard Grech jibqa’ kap: David Casa jmexxi l-ħrafa li Bernard Grech naqqas id-disfatta elettorali

David Casa għadu kemm qal fuq Net TV li t-telfa setgħet kienet akbar! F’dan is-sit diġa’ tkellimt dwar il-ħrafa li ħareġ biha Bernard Grech meta qal li naqqas id-distakk minn 80 elf vot differenza. Dan id-distakk qatt ma kien jeżisti taħt Adrian Delia. Issa din il-ħrafa qed imexxiha David Casa. David Casa kien wieħed minn dawk li ħadem biex itajru lil Adrian Delia. Illum David Casa spiċċa jiddefendi lilu infusu bl-istess mod ta’ Bernard Grech.

Ieħor minn tal-klikka tar-ribelli li qed jibgħat dan il-messaġġ fuq il-mezzi tax-xandir huwa Trevor Degiorgio. Fuq il-PBS, Trevor Degiorgio qal li Bernard Grech għandu jingħata ċans jaħdem qabel jirriżenja. Inkredibbli! Dan wieħed minn dawk li kien ħadem bla heda kontra Adrian Delia u kien wieħed minn dawk li ħeġġeġ lin-Nazzjonalisti biex itajru lil Adrian Delia.

Ma tantx hu diffiċli li tifhem kif il-klikka tar-ribelli użaw argumenti ftit xhur ilu biex itajjru lill-Kap ta’ dak iż-żmien u issa qed jużaw l-istess argumenti biex jiddefendi lill- Kap li poġġew huma. Infakkar li dawn neħħew lil Adrian Delia wara survey tal-Misco li kien qal li ġejja telfa kbira għall-Partit Nazzjonalista. Issa din it-telfa ġiet. Ġiet taħt Bernard Grech. Għallinqas, Adrian Delia kellu d-diċenza jgħid li jekk jitlef kien ser jirreżenja minn kap. Bernard Grech tilef bil-kbir. Qabel l-anqas ġie ikkonfermat fil-Parlament ħareġ jgħid li ser jibqa’ u l-akkolti ta’ madwaru ħarġu jitkellmu bl-istess mod.

Dawn ma jistgħux jagħmlu mod ieħor għax jekk ma jagħmlux hekk ikollhom jammettu li kienu żbaljati għal kollox u huma parti minn dan id-disastru fil-Partit Nazzjonalista.

3 thoughts on “Tinbeda t-triq biex Bernard Grech jibqa’ kap: David Casa jmexxi l-ħrafa li Bernard Grech naqqas id-disfatta elettorali

  1. What is needed is that PN supporters enter and occupy tal Pieta as otherwise nothing will change. These people have no shame and do not care what PN supporters think

  2. What is needed is for PN supporters protest and occupy tal Pieta as otherwise nothing will change. These people have no shame and do not care what PN supporters think

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *