Peregin jiftaħar li Bernard Grech għannaq wieħed Laburist: meta Adrian Delia ħa b’idejn il-Laburisti kienu għajruh li sar Laburist

Verament, il-Partit Nazzjonalista sar partit li ma jafx jistħi. Meta Adrian Delia ħa b’idejn nies tal-Partit Laburista u ritratt ma’ Robert Abela ġie mgħajjar li sar Laburist min-nies ta’ Bernard Grech. Lil Adrian Delia, in-nies ta’ Bernard Grech qalulu li hu parti mill-Partit Laburista.

Issa Christian Peregin tella’ tweet biex jgħidilna li Bernard Grech għannaq Laburist fil-counting hall li kellu ma spaltu l-bandiera Griega.

Peregin uża dan il-messaġġ biex jgħidilna x’raġel ta’ qalb kbira hu Bernard Grech.

Dan il-messaġġ ta’ Peregin hu messaġġ ieħor biex Bernard Grech jibqa’ hemm wara din it-telfa kolossali u huwa jibqa’ jgawdi s-salarju ta’ 72,000 euro minn fuq dahar il-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *