“Int kont li għamilt il-ġlieda għas-sewwa waħdek minn fuq is-social media” Imma ta’ dan ċaħduhuli dak li hu tiegħi bil-qorti

Irċevejt dan il-messaġġ mingħand persuna li taqra l-blogs tiegħi:

Kif aħna ħabib? Illum inkunu nistgħu nikkonfermaw is-sondaggi li int ilek isostni. Huwa llum il-Ħadd li Bernard Grech jispiċċa in-notice ta’ ħames ġimgħat. Kif ma jistħix li jiġi jgħid li jekk jitlef bl-istess ammont tas-sena 2017, jerġa’ jikkontesta għall-kap. Jien naħseb li Delia jerġa jikkontesta biss skont min min jitla’ jiġifieri jekk jitla’ xi Jason, Karol, Beppe hu l-bella kumpanija ma jikkontestax. Int kont li għamilt il-ġlieda għas-sewwa waħdek minn fuq is-social media. Well Done“,

Nixtieq nirringrazzja lil dan il-qarrej ta’ dan il-messaġġ. Biss nixtieq nieħu din l-okkazzjoni biex nfakkar li jien ġejt akkużat u għadni niġi akkużat li qed nikteb kif qed nikteb għax qed niġi mħallas. Din kienet akkuża li saret anki minn ġurnalisti li jridu jippreżentaw ruħhom bħala l-leħen tas-sewwa.

Jien ġieli ġejt attakkat u akkużat li qed infittex xi pjaċiri mingħand il-gvern. Jien qatt ma ħadt xi propjeta b’one euro u wara mort tittradixxi lill-politiku li grazzi għall-partit tiegħu ħadt din l-għotja għall-ħamsa u sittin sena. Anzi dak li hu bi dritt tiegħi ġie mċaħħad lili bil-qrati tagħna fejn tliet imħallfin tal-Appell li għoġobhom jemmnu l-gideb ta’ avukat ta’ waħda mill-awtoritajiet tal-Gvern u dan l-avukat hu qrib u biċċa waħda ma’ Bernard Grech.

Din hija l-verita’ sagrosanta. U dan l-avukat hu parti milll-Kummissjoni Elettorali u l-anqas kienet kapaċi tinduna li hemm persuni li ma kienux intitulati biex jivvutaw u dawn spiċċaw jitħallew jivvutaw.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *