Hermann Farrugia jingħata raġun dwar l-osservazzjonijiet li għamel
Dr. Hermann Farrugia hu kontributur ta’ dan il-blog. Hu jaqsam mal-qarrejja ta’ dan il-blog l-osservazzjonijiet politiċi tiegħu. Permezz ta’ dan il-Blog, Dr. Farrugia jagħtina u ser ikompli jagħtina kummentarji analitiċi. Hu kien l-ewwel, qabel kull ġurnalist professjonali, kull opinjonista-blogger stabbilit u anke qabel kull politiku jew membru tat-timijiet ta’ strateġija madwar il-mexxejja tal-partiti l-kbar, li sa’ minn OTTUBRU li għadda kien ippreveda b’mod elokwenti u ċar erba’ fatti li llum stess diġa’ irriżultaw li kienu korretti. Dawn il-previżjonijiet jew diġa’ seħħew bħala stat ta’ fatt jew qegħdin jimmaterjalizzaw ruħhom quddiem għajnejna bħalissa:
1) 29 Ottubru 2021: Hermann Farrugia kien l-ewwel li wissa u ħeġġeġ lill-Partit Nazzjonalista sabiex jiftaħ għajnejh sew u minnufih sabiex jipprova jilqa’ għall-abbuż previst minn vote buying pre-elettorali sfaċċat u saħansitra oxxen li l-Gvern Laburista kien ser iwettaq anke permezz tal-użu ta’ miżuri imħabbra fil-Budget ’22.
B) 6 Novembru 2021 : It-Tabib Hermann Farrugia wissa’ kif il-Partit Nazzjonalista kien ġia’ inħataf minn fazzjoni ultra-liberali ta’ abortisti u kif dan kien sejjer sa’ ċertu punt inaffar il-vot ta’ pro-lifers assidwi li sa’ dakinhar kienu dejjem urew simpatija mal-Partit Nazzjonalista.
C) 13 Novembru 2021: Dal-Blog permezz ta’ Dr Hermann Farrugia kien l-ewwel li bassar li d-data tal-elezzjoni ġenerali setgħet probabbilment isseħħ nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu’22 sabiex tikkoinċidi bħas-serje ta’ nkontri elettorali preċedenti maċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa nazzjonali ta’ xejra storikament u tradizzjonalment Laburista.
D) 2 Frar 2022: Dan is-sit kien minn ta’ l-ewwel u reġa’ permezz tal-kummentarju fattwali tat- Tabib Speċjalista Hermann Farrugia bassar li t-turnout f’din l-elezzjoni ġenerali kien ser ikun straordinariamente baxx. Huwa kien innota li bħalma ser iseħħ fl-elezzjoni presidenzjali Franċiża ta’ anqas minn gimgħatejn oħra, l-elezzjonijiet f’Malta u Franza ser jiġu kkaratterizzati minn vot ta’ dissens jew ossija protesta kontra l-partiti l-kbar u dan permezz ta’ rata ta’ astenzjoni qawwija jew numru record ta’ voti mitfugħa li jkunu ‘bojod’ jigifieri vojta jew ossija li jkunu apposta ġew invalidati mill-elettur diżilluż jew votant li jkun irid juri forma ta’ messaġġ lill-gvern tal-ġurnata. Fil-każ tagħna, il-Partit Nazzjonalista jinsab fl-Opposizzjoni u għalhekk elettoralment f’sitwazzjoni prekarja tal-‘underdog’ u ma kienx kapaċi kif innutat f’numru ta’ artikli f’dan il-blog li għamel strateġija falluta mill-bidu sal-aħħar.
Dan kien vot kontra l-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista għandu għax jirringrazzja lil Adrian Delia li ma ħadhiex qatta bla ħabel kontra l-partit tiegħu stess anzi beda jħeġġeġ (kif għamilt jien) meta kienu jiktbuli Nazzjonalisti biex joħorġu jivvutaw.
Jidher ċar li fejn ma ħariġx Delia, mijiet ta’ Nazzjonalisti ma ħarġux jivvutaw.