Hermann Farrugia jesprimi karba ta’ uġiegħ kontra Martina Caruana, l-abortista li Bernard Grech qiegħed biex tagħmillu l-policies tal-partit
It-tabib Hermann Farrugia tella’ post fuq Facebook biex jesprimi l-karba ta’ uġiegħ tiegħu kontra Martina Caruana, l-abortista li Bernard Grech għażel biex tmexxilu l-ideoloġija tal-Partit Nazzjonalista. Martina Caruana warrbet lit-tabib Hermann Farrugia għaliex hu kontra l-abort u ħadmet bis-sħiħ, flimkien ma’ Bernard Grech, biex jimla lill-Partit Nazzjonalista bl-abortisti u bil-liberali li huma biċċa waħda mal-liberali tal-Partit Laburista, tant li ma jiddejqux jagħmlulhom like.
Infakkar li missier Hermann Farrugia kien deputat Nazzjonalista li ħadem biex il-Partit Nazzjonalista jkollu każin politiku fil-Furjana. Ħu Hermann Farrugia kien ukoll deputat Nazzjonalista li kien ġie mwarrab fi żmien Lawrence Gonzi.
