Charmaine Gauci u Chris Fearne weħlu għall-low turn: imma wara sforz qawwi mill-Lejber sat-8.15 pm kienu vvutaw 86%
Qed inġib xi kummenti li qed jidhru fuq is-social media. Jidher ċar li fost il-Laburisti, Chris Fearne u Charmaine Gauci qed jeħlu magħhom minħabba l-low turn out li kien hemm fost il-Lejber f’din l-elezzjoni.
Biss wieħed irid jgħid li sat-8.15 pm, kienu vvutaw 86% li hu turn out inkoraġġanti għall-Partit Laburista. Dan hu turn out tajjeb għall-Partit Laburista.
Jidher li l-isforzi li saru fil-Lejber, li sa l-aħħar minuta baqgħu jiġru wara n-nies li kienu għadhom ma vvutawx, taw il-frott mixtieq.
Biss xorta ser jibqa’ l-fatt ta’ dawk li ġew sfurzati u spiċċaw iħassru l-vot.

