Bernard Grech jipprepara l-elettorat Nazzjonalista għal telfa ta’ madwar 40,000 distakk

Wara tant kritika kontra l-eks-Segretarju Ġenerali, Clyde Puli, li mar-riżultat tal-MEPs kien qal li l-polls kienu qed jgħidu li l-Partit Nazzjonalista se jitlef bi 80 elf imma d-distakk tnaqqas għan-nofs, issa tal-Bernard Grech ħareġ jgħidu l-istess ħaġa bi preludju għat-tkaxkira ta’ nhar is-Sibt f’elezzjoni ġenerali.

F’intervista mat-Times, Bernard Grech qalilna li mhux se jirriżenja minn kap jekk jitlef b’40 elf għax il-polls kienu qed jgħidu li se jitlef b’80 elf.

Waqfu jiddieħqu bi Clyde Puli issa. Malajr indunaw li mhux kif wegħduna li jekk jitneħħa Adrian Delia il-Partit Nazzjonalista kien se jieħu r-ruħ. Fil-verita’, taħt Bernard Grech il-Partit Nazzjonalista jinsab agħar milli kien taħt Simon Busuttil!

Lanqas mal-elezzjoni tal-MEPs ma jista’ jikkumpara t-telfa ta’ nhar is-Sibt, dan għaliex fl-MEPs kien hemm block vote mill-ħbieb ta’ Repubblika biex in-Nazzjonalisti jivvotaw Metsola u Casa biss. Imma llum Bernard Grech suppost li għandu lin-Nazzjonalisti kollha warajh, pero’ ma jgħidx li ħafna birdu u ma jridux imorru jivvotaw.

One thought on “Bernard Grech jipprepara l-elettorat Nazzjonalista għal telfa ta’ madwar 40,000 distakk

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *