Ir-Rally ta’ Tas-Sliema jikkonferma li n-Nazzjonalisti naqqsu l-interess fil-partit tagħhom

Minn osservatur politiku

Jekk ifettlilna nħarsu lejn ir-rallies tal-bieraħ t’lura bħala indikazzjoni parteċipattiva ta’ kif ser tmur l-elezzjoni ġenerali li ġejja, allura jkun ifisser tkaxkira li qatt ma rajna bħalha għall-Partit Nazzjonalista. It-tsunami ta’ nies li kien hemm Ta’ Qali komperat ma’ ftit għexieren li kien hemm Tas-Sliema jindikaw li n-Nazzjonalisti naqsu ħafna l-interess tagħhom fil-Partit Nazzjonalista.

Hawn min qed jikkummenta li Tas-Sliema kienu miftuħin għall-grigalata li kien hemm għaddejja l-Ħadd. Naqblu li kien hemm il-maltemp imma l-Partit Nazzjonalista kompla għaxxaqha għal kif poġġa l-palk tiegħu bin-nies bil-wieqfa għal ħdejn il-baħar. Kemm ilni nattendi għal meetings f’Dingli Street, il-palk dejjem kien dahru lejn il-baħar u allura in-nies jisimgħu fin-naħa ta’ fuq ta’ Dingli Street.

Mid-dehra l-indikazzjonijiet mill-ewwel kienu li l-attendenza kienet ser tkun waħda fjakka. Hawn min semma ukoll li l-Covid għadu jwerwer lin-nies. Naqbel wkoll. Imma jekk kellu dan il-virus ibeżża’ lil xi ħadd kellu jkun biża’ minn post magħluq u mhux wieħed miftuħ. Fil-fatt fejn kien hemm l-għeluq kien hemm baħar ta’ nies u fejn kien hemm il-ftuħ, u allura suppost aktar safe, kien hemm ftit għexieren.

Jiena naħseb li r-raġuni prinċipali għal numru daqshekk żgħir ta’ nies ġo Tas-Sliema kienet li l-istil li bih qed jitkellem Bernard Grech xebba’ ħafna nies. Rally jew taħt it-tinda, wieħed wara l-ieħor, qegħdin is-semmiegħa jkunu ttrattati bħala nies li għandhom jobgħodu lill-Laburisti. Dan għaliex f’kull diskors li qed isir, ħlief attakki u tgħajjir fuq Robert Abela u l-partit tiegħu ma aħniex nisimgħu. Dan l-isterizmu jrid jieqaf.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *