L-attivita’ tal-bieraħ tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema hija l-preludju għal telfa kbira elettorali

Il-bieraħ beda jiġri fuq il-Facebook ritratt tal-attivita’ tal-Partit Nazzjonalista ġewwa Dingli Circus. Issa Tas-Sliema hija mitqiesha roccaforte tal-Partit Nazzjonalista. Dak li hu żgur li din l-attivita’ kienet wara skelettru ħdejn attivitajiet simili li kienu jkunu jorganizzati mill-Partit Nazzjonalista f’din il-lokalita’ fl-imgħoddi.

Dak li hu żgur li d-diskorsi tal-kap Bernard Grech mhux qed jistimulaw interess fost l-elettorat. F’dan il-kuntest, qed nispiċċa nitħassar lil Bernard Grech. Jiddispjaċini ngħid imma, li d-diskorsi li qed jagħmel mhux qed jappellaw lin-nies. Saħansitra, qed ikun akkużat li qed jgħid ċċuċati fid-diskorsi tiegħu. Qed nitħassru għal fatt li min qed jippreparalu dawn id-diskorsi qiegħed bla dubju jitfgħu fl-abbissi ta’ esteriżmu. Imma diskorsi ta’ natura estremistika, aktar joħroġu fil-bieraħ il-fatt li l-kap tal-Partit Nazzjonalista jinsab f’paniku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, aktar huwa importanti li l-kap iżomm il-kalma u kif kien jgħid Nerik Mizzi, il-politika trid tkun ta’ waħda – resistere, resistere, resistere.

Dak li nista’ nikkonkludi huwa li min qiegħed jippreparalu dawn id-diskorsi fehem tajjeb x’inhu ġej fis-26 ta’ Marzu. Bla dubju, anki Bernard Grech qed jifhem sew is-sitwazzjoni u naħseb li qed jipprova jipprepara t-triq sabiex jżomm postu bħala kap tal-partit.

Jekk partit ma jkunx kapaċi biex iġib jew iqajjem l-entużjazmu fid-distrett li huwa r-roccaforte tiegħu stess, dan ikun preludju ta’ telfa kbira elettorali li tkun qed tistennieh.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *