Surveys tal-lum jikkonfermaw it-trends li jekk kien hemm xi ċaqliq fost l-elettorat, dan kien favur il-Partit Laburista

It-Torċa tat survey ieħor li reġa’ ikkonferma t-trends tal-ġimgħat li għaddew. Fi kliem ieħor id-distakk għadu ta’ bejn 38,000 u 41.000. Fil-politika t-trends ma jimbiddlux mil-lum għal għada u dan ir-riżultat juri li issa ħafna nies ġa huma determinati kif ser jivvutaw u mhux ser jibdlu fhemthom.

F’dak li ħareġ mis-survey tal-lum huwa l-fatt li Robert Abela żdid ftit il-fiduċja fuq il-ġimgħa l-oħra. Dan hu fatt interessanti ħafna għaliex dan hu fatt li juri kif qed ixaqleb il-poplu Malti f’din l-elezzjoni. Anki jekk il-lejber ilu issa żewġ leġislaturi, il-Partit Nazzjonalista ma jistax javvanza u l-fatt li ċċaqliqa li hemm hija favur il-Lejber hija waħda indikattiva ta’ kif sejrin l-affarijiet.

Min-naħa l-oħra, is-survey tal-Malta Today tat ukoll qabża ‘l quddiem lill-Partit Laburista għaliex issa qed tgħid li d-distakk hu ta’ 29,000 elf jiġiferi li żdied mill-ġimgħa l-oħra ‘l hawn. Mela s’issa ż-żewġ surveys tal-lum qed jaqblu li jekk kien hemm xi avvanz, dan kien favur il-Lejber u mhux il-Partit Nazzajonlista. Infakkar li d-differenza mgħotija mill-Malta Today fis-7 ta’ Marzu kienet ta’ 27,000. Din tniżżlet għal 26000 ġimgħa ilu u issa telgħet għall-29,000 vot.

Jien ma nemminx li jkun hemm żidiet jew kambjamenti daqshekk qawwija minn ġimgħa għal ġimgħa u f’dan il-kuntest, is-survey li ppubblikat minn It-Torċa jidher li hu aktar xjentifiku.

One thought on “Surveys tal-lum jikkonfermaw it-trends li jekk kien hemm xi ċaqliq fost l-elettorat, dan kien favur il-Partit Laburista

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *