L-istrateġija elettorali tal-PN qed jaħdimha Peppi Azzopardi; it-tifel ta’ Bernard Grech tqabbad jiffilmja lill-kandidati
Dan is-sit jinsab infurmat li l-kumpanija We – li fiha hemm Peppi Azzopardi qed taħdem il-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Hija ġie kkommissjonata biex taħdem fuq l-interviews li saru mal-kandidati li ħerġin f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Min-naħa l-oħra, il-kumpanija li fiha hemm it-tifel ta’ Bernard Grech qed tagħmel il-filming tal-intervisti. Infatti, għal dawn l-intervisti qed ikun hemm anki preżenti t-tifel ta’ Bernard Grech.
Wieħed jistaqsi lil Bernard Grech jekk iħoss li dan hu etiku meta tant ikun ikkritika l-gvern fuq nuqqas ta’ etika fil-ħidma tiegħu għal mod kif jingħataw il-kuntratti u jiġi mpjegati ħbieb tal-ħbieb?
Nifhem li l-Partit Nazzjonalista huwa partit politiku. Imma l-flus jinġabru mingħand il-partitarji.
Bernard grech fallut u ga qed jinpjega il hbieb tal hbieb ahseb u ara li kieku kellhu jkun fil gvern dan.