Il-kap Nazzjonalista jinjora l-appell li ħareġ il-kunsill Lokali ta’ San Ġiljan marbut mal-festa ta’ San Patrizju f’San Ġiljan

Albert Buttigieg, is-Sindku, u l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan ħarġu stqarrija fejn avżaw lir-residenti u nies oħra, li bi ftehim mal-pulizija tad-distrett u skont in-normi u d-direttivi tas-Saħħa Pubblika ma ħareġ ebda permess għal ebda attivita’, mużika jew bejgħ fuq barra għall-festa ta’ St Patrick’s li ġiet iċċelebrata l-bieraħ . L-istqarrija tkompli tgħid li għalhekk kull attivita’, mużika jew bejgħ fuq barra mhix legali u awtorizzata. L-istqarrija tkompli li ebda triq mhu ser tkun magħluqa.

https://www.maltatoday.com.mt/news/national/115715/st_julians_council_warns_no_permits_have_been_issued_for_st_patricks_day_street_parties?fbclid=IwAR1ySR3b_6fwknNF72MvkgaW6ykxU4-UG0jFuxCQ4-rFrWe4Vb9azun14Nc#.YjQWl-rMK3B

Mir-ritratt mehmuż ma’ dan l-artiklu juri li s-Sindku Buttigieg ma ġabiex żewġ bl-istqarrija tiegħu għax San Ġiljan intela’ bin-nies u r-ritratt juru ċar li ebda traffiku ma seta’ jgħaddi l-bieraħ minn dawk it-toroq minħabba l-mod kif kienu mimlijin bin-nies.

Meta s-sindku u l-kunsill ma jkunux ċerti minn dak li ser jgħidu aħjar ma joħorġu xejn għax jaqgħu għaċ-ċajt. Din hija stqarrija li ma tiswiex ħaqq il-karta li nkitbet fuqha. Jekk l-awtoritajiet ma jkunux lesti li jaġixxi fuq dak li jgħidu jidhru ħafna agħar u jispiċċaw jitilfu l-apprezzament ta’ kull ma jgħidu.

Aktar minn hekk is-Sindku ta’ San Ġiljan, li hu sindku Nazzjonalist, lanqas lill-Kap tiegħu ma kien kapaċi jikkonvinċi għax il-media tal-partit tiegħu qaltilna li Dr Bernard Grech kellu laqgħa sabiħa miż-żgħażagħ fit-toroq ta’ San Ġiljan. Din uriet li s-Sindku u l-Kunsill lanqas biss kien kapaċi jwassal l-istqarrija maħruġa lil tal-grupp tiegħu stess għax anke l-kap tiegħu ġie jaqa’ u jqum mill-istqarrija mill-istqarrija tal-Kunsill.

Jekk xejn, f’dan kollu, il-kap tal-Partit Nazzjonalista kellu juri ftit aktar maturita’ u wara li ħarġet stqarrija bħal dik mill-kunsill ta’ San Ġiljan, kien jevita’ jinżel man-nies b’rispett lejn l-istess sindku u kunsilliera Nazzjonalisti li hemm fuq dan il-kunsill.

Open photo

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *