“Ma nistax nifhem kif il-Partit Nazzjonalista għadu ma ħax passi fiċ-ċirkostanzi ta’ dawn it-tattiċi sfaċċati ta’ xiri tal-voti”

Kummentarju minn Dr Hermann Farrugia

Jidher li sewa għal xi ħaġa d-dissens pubbliku tiegħi dwar il-fatt li r-rifuzjoni tat-taxxa u l-għoti oħra finanzjarja li qed jintbagħtu waqt kampanja elettorali jammontaw għal corrupt practice. F’artiklu li ktibt jien għidt li dan jammona għall-corrupt practice u nsistejt bil-qawwija kollha li dan l-abbuż elettorali għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni Elettorali Maltija. Fuq kollox, jien insistejt li dan l-abbuż għandu jkun irrappurtat minn issa lill-OSCE u lill-Uffiċċju tal-Istituzzjonijiet Demokratići u għad-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) li qiegħed jissorvelja u jimmonitorja l-elezzjoni ġenerali Maltija.

Issa sirna nafu li Arnold Cassola ħa l-inizjattiva u rapporta dan l-abbuż lill-Kummissjoni Elettorali Maltija. Ġa kelli l-opportunita’ li nikteb fuq dan u ngħid proset lil Arnold Cassola talli ħa din l-inizjattiva u r-rapporta dan l-abbuż.

Min-naħa tiegħi, ma nistax nifhem u nikkonċepixxi kif il-Partit Nazzjonalista għadu ma ħax passi sodi fiċ-ċirkostanzi ta’ dawn it-tattiċi sfaċċati ta’ xiri tal-voti permezz ta’ dan l-eżerċizzju kjarament premeditat li ndubbjament jammonta għal prattika korrotta (Corrupt Practice) taħt l-Ordinanza Elettorali.

Dan il-blog ukoll sewa mitqlu deheb f’dan is-sens sabiex iżid l-għarfien dwar din it-theddida fuq l-andament ħieles ta’ elezzjoni ġenerali Nazzjonali fejn f’pajjiż demokratiku titħalla tiġi espressa r-rieda tal-poplu mingħajr indħil manipulattiv dirett jew intimidazzjoni ta’ liema forma jew natura tkun.

https://timesofmalta.com/articles/view/arnold-cassola-reports-abela-caruana-for-corrupt-practices.941934?fbclid=IwAR1FdYS3KZLz28-yawHngg60uqsTY5MXOkGV6Q6MWe9nlMaNPGpPitySWFI

4 thoughts on ““Ma nistax nifhem kif il-Partit Nazzjonalista għadu ma ħax passi fiċ-ċirkostanzi ta’ dawn it-tattiċi sfaċċati ta’ xiri tal-voti”

  1. Mela kemm kien corrupt practice meta lejliet l elezzjoni Jason Azzopardi ghadda l art tal Fekruna lil terzi persuni bus soldi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *