Il-Kandidati Nazzjonalisti kontinwament jingħataw istruzzjonijiet biex isemmu u jfaħħru lill-kap tal-Partit Nazzjonalista

Dawk il-kandidati Nazzjonalista li qed ikunu mistiedna biex jitkellmu fl-attivitajiet politiċi – imsejħa ta’ taħt it-tinda qed jingħataw istruzzjonijiet li jridu jsemmu l-isem tal-kap għall-inqas tliet darbiet. Din hija kundizzjoni – sine qua non – kif jgħidu bil-Latin biex jitħallew jitkellmu taħt it-tinda.

U anki fil-films li saru tal-kandidati biex ikunu ppreżentati lill-elettorat, dan is-sit jinsab infurmat li l-kandidati ġew obbligati biex isemmu u jfaħħru lil Bernard Grech. Li wieħed isemmi lill-kap hija ovvja imma li wieħed irid bil-fors jiġi obbligat biex ifaħħar lill-kap huma azzjonijiet li fil-politika nassoċċjawhom ma’ stati dittatorjali jew mal-Korea ta’ Fuq! Jidher li l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista qed jagħmluha l-liberali xellugin li kull ma jonqoshom huwa li joħorġu bil-minġel u l-martell!

Hu ċar, li Bernard Grech qed ibati minn dik li tissejjaħ il-me syndrome. Bil-Malti ngħidulha l-ewwel jien. Din turi biss insecurity min-naħa tal-kap tal-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *