Hija tal-mistħija li Prim Ministru jasal tard għal-laqgħa internazzjonali ġewwa Versailles

Minn qarrej ta’ dan il-blog

Mela l-Prim Ministru ta’ wieħed mill-iżgħar stati tal-EU, jiġifieri Malta, wasal tard għal-laqgħa tant importanti li saret Versailles f’mument fejn l-Ewropa qedha taffaċċja gwerra fuq l-għatba tal-bieb tagħha. Gwerra li faċilment tista’ tinfirex, kemm fl’Ewropa u saħansitra tista’ issir gwerra dinjija.

Fil-kortesija, li tasal tard anki għal sempliċiment festin, hi meqjusa bħala ġest mhux kordjali jew aħjar, pastażata. Aħseb u ara tasal tard għal-laqgħa ta’ dik l-importanza. Possibli, il-PM ta’ Malta kien imħabbat iktar mil-Prim Ministri ta’ pajjiżi ħafna ikbar minnha? Ir-ritratt juri ċar li bina u mingħajrna xorta mexxew u ma qagħdux jistennew li jasal il-Prim Ministru ta’ Malta.

Biss juri li l-Ewropej lesti jgħaddu mingħajrna. Ir-ritratt ħaduh mingħajr il-Prim Ministru Malti. Fi kliem ieħor, Malta mhux qed tkun mitqiesha bħala leħen f’din il-gwerra.

Tal-mistħija!

One thought on “Hija tal-mistħija li Prim Ministru jasal tard għal-laqgħa internazzjonali ġewwa Versailles

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *