Where your opinion counts

Rally politiku kbir favur Adrian Delia f’Birkirkara u l-media ma tagħtux coverage

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Marzu sar rally politiku kbir fil-post magħruf bħala l-ġnien tal-istazzjon ġewwa Birkirkara mill-ħbieb ta’ Adrian Delia u l-media ma tagħtux coverage. Dak li spikka f’dan ir-rally kien il-fatt li għalih attendew nies li kienu ħaduha kontra Adrian Delia u llum qed jirrealiżżaw kemm kieku żbaljati u kemm kienet maħduma l-ħidma kontra tiegħu. Kien hemm min ħa din l-okkażżjoni biex attenda u b’mod individwali talab skuża lil Adrian Delia talli kien tkellem kontra tiegħu matul il-kampanja infami li kienet saret biex jitneħħa minn kap.

Fuq kollox, f’dan ir-rally, dawk kollha preżenti, bdew jgħidu li taqta’ ir-rally li sar fin-Naxxar, din l-attivita’ kienet l-akbar attivita’ politika organiżżata fi ħdan il-Partit Nazzjonalista minn mindu bdiet il-kampanja elettorali u attirat kemm Nazzjonalisti u mhux, minn kull qasam soċjali.

Għal din l-attivita’ anki attendew ħafna persuni li huma assoċjati ma’ clubs u għaqdiet differenti ta’ din il-lokalita’ ta’ Birkirkara.

Nifhem li ħafna kandidati jagħmlu rallies f’dawn iż-żminijiet u jkollhom in-nies, imma nifhem ukoll, li din l-attivita’ kienet ftit speċjali meta tqis min organiżżaha u l-kuntest li fih ġiet organiżżata u x’ġara. Biss il-media li tiftaħar li hija fair u indipendenti ma ġabet l-anqas kelma waħda dwarha.

Ibqgħu żgur li kieku saret jew ġrat xi ħaġa kontra Adrian Delia, din l-istess media kienet iġġibha bħala l-aħbar prinċipali anki jekk illum, Adrian Delia, ma għadux il-kap tal-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *