Illum ser issir laqgħa fi Dar Ċentrali biex ikun spjegat il-manifest elettorali lill-kandidati Nazzjonalisti

Il-kandidati kollha ġew mgħajtin id-Dar Ċentrali biex jiddiskutu l-manifest elettorali. Fil-fatt illum il-Ħamis fit-8 ta’ filgħaxija ser issir sezzjoni ta’ mistoqsija u tweġiba jew briefing fuq il-manifest. Claudio Grech l-awtur tal-program elettorali ser ikun għad-dispożizzjoni tal-kandidati biex jispjega kemm jista’ dan il-manifest. Ser ikun ukoll qed jieħu l-mistoqsijiet tal-kandidati biex jispjega f’aktar dettal dawk il-porposti li forsi ma humiex ċari biżżejjed. Infatti, il-kandidati Nazzjonalisti rċevew dan il-messaġġ:

Dear candidates, can you please be at DC on Thursday at 8pm for a briefing and Q&A about the Electoral programme? Claudio Grech will be answering any questions you might have so that you can answer appropriately during interviews, debates, house visits etc. Thank you.

Dan l-eżerċizzju qed isir ħalli l-kandidati jkunu f’pożizzjoni aħjar li jirrispondu mistoqsijiet jew jidħlu f’diskussjonijiet mal-elettorat fil-house visits tagħhom. Jintuża wkoll biex ikunu preparati għal xi intervisti jew dibattiti li jistgħu jipparteċipaw fihom.

Imma wieħed jistaqsi, għaliex hemm bżonn ta’ kjarifiki fuq il-proposti? Dawn ma għandhomx ikunu dettaljati fil-program stess? Il-proposti għandhom ikun self-explanatory. Imma mid-dehra u minn dak li qed naqraw, hemm ħafna diffikulta biex jiġu nterpretati jew nfissra ċerti proposti li qajmu diskussjoni sħuna matul dawn il-ġranet li għaddew.

Ċerti proposti fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista sabu kritika qawwija min-naħa tal-esponenti tal-Partit Laburista. Fil-fatt jirriżulta li l-manifest inbidel xi ħames darbiet biex ikun jista’ jagħmel il-proposti aktar kredibbli. Kellna wkoll interprestazzjonijiet differenti mill-Kap tal-Partit għal dak li verament ridet tfisser il-proposta. Dan ħoloq ċertu disgwid u għalhekk qed forsi jingħajtu l-kandidati biex ikunu vuċi waħda.

Kif tista’ ma tistaqsix, għaliex dawn l-ispjegazzjonijiet ma sarux matul il-preparament tal-istess program jew eżatt qabel ma ġie mxandar? Għalfejn tħallew jinħolqu mistoqsijiet dwar dubji fuq ċertu proposti? Ilu aktar minn ġimgħatejn li ħareġ dan il-manifest, għaliex issa qed issir spjegazzjoni jew kjarifika? Ma jidhrilhomx it-tmexxija tal-Partit li sa issa diġa’ saret il-ħsara mill-kandidati opposti fuq certu numru ta’ proposti? Ma jidhrilhomx li laħqet saret il-ħsara fuq l-istess manifest minn esponenti tal-Partit Laburista? Kien ikun jagħmel ħafna aktar sens li dan il-manifest ġie diskuss mal-kandidati qabel ġie varat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *