Ħabsi f’Divizzjoni 12 instab pożittiv għall-kokaina: x’ser jagħmel issa il-Ministru Byron Camilleri?
Dan is-sit ħareġ l-aħbar li d-droga reġgħet ddaħħlet fil-ħabs. Qed ngħid dan biex wieħed jifhem għala saret dik il-gwerra kollha mill-media kontra Alex Dalli għaliex kien hemm min bdiet tuġgħu żaqqu li tilef suq ta’ 15-il miljun euro droga fil-ħabs biss.
Ara issa għax spiċċa s-Sur Dalli, il-ħabs qed jerġa’ jsir bejta tad-droga u ħadd ma hu qed jitkellem. Dan is-sit jista’ jiżvela li l-bieraħ priġunier, f’Divizzjoni 12, instab pożittiv wara test għall-kokaina u opiates. Infakkar li dan il-priġunier partikolari, il-bieraħ t’lura kellu l-qorti.
Naħseb li issa l-Ministru Byron Camilleri jinsab kuntent ħafna bis-suċċess li għamel fil-ħabs. Minflok għandha oppożizzjoni li qed tiġġieled u tikxef dawn l-affarijiet, għandha oppożizzjoni li ngħaqdet ma’ Byron Camilleri biex tkeċċi Alex Dalli. Dan kollu għax ma riedx droga fil-ħabs. Imbagħad tara l-Lovin Malta u ssib li l-aħbar prinċipali kienet li Rosianne Cutajar qasmet xi rigali ħdejn skola. U min iqassam postijiet tal-gvern l-anqas l-iċken ħoss fil-media u min b’azzjonitu reġa’ mela l-ħabs bid-droga ma tisma’ xejn fil-media.
Żbalja l-Ministru, għax li kien għall-oppożizzjoni u l-poodle tagħha, jirreżenja kull ħadd. Nistenna lil dawn issa jtuna s-soluzzjoni.