Persuna li ntużat mill-media biex jitkisser Alex Dalli reġgħet spiċċat l-ħabs

Tiftakru kemm sar għajjat kontra tiegħi għaliex kont għidt li l-persuna li kienet tkellmet ma’ Peppi Azzopardi biex jgħidilna li Alex Dalli mhux “fit for purpose” ma setgħetx tittieħed bis-serjeta’ għaliex għadha kawżi pendenti fil-qorti? Wara din l-istorja kienet ħarġet stqarrija tal-pulizija li l-media tal-PN ikkwotata kif jaqblilha biex tpenġini giddieb.

Mhux ser insemmi l-isem ta’ din il-persuna, li saħansitra kienet iltaqgħet ma’ Bernard Grech f’attivita’ politika f’Raħal Ġdid. Imma din il-persuna illum ittellgħet il-qorti. Ġiet mixlija mill-pulizija b’diversi serqiet u l-qorti rrifjutat li tagħtiha il-bail. Bħal ma dejjem ngħid, din il-persuna hija innoċenti sakemm tinstab ħatja. Mhux dieħel fil-każ tagħha. Kull ma ngħid li ġiet mixlija wkoll li kisret il-provvediment ta’ sentenza sospiża li kien ingħatat mill-istess qorti minħabba reati oħra li kienet għamlet.

Biss ma nistax ma ngħidx li Peppi Azzopardi flimkien ma’ sħabu l-ġurnalisti wżaha lil din il-persuna biex jitkisser Alex Dalli bir-riżultat li llum il-ħabs qed jerġa’ jinfaqa’ bid-droga imma ħadd ma jrid jgħid xejn. Dan il-każ ikompli jikxfu l-ipokresija tal-media u mbagħad din l-istess media tieħu għalija għaliex xi ħadd minnhom jispiċċa b’wiċċu fuq billboard.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *